Rispons qawwi mill-pubbliku għall-manwal ‘Qabel Issiefer’
Il-Manwal jinsab ukoll online fuq www.foreign.gov.mt
Eluf ta’ kopji tal-ktejjeb ‘Qabel Issiefer’ tqassmu fl-aħħar ġranet mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u minn diversi uffiċini u fergħat tal-isponsors li ffinanzjaw dan il-ktejjeb informattiv, li huma: Banif Bank, Airmalta, European Institute of Education u Middlesea Insurance.
Ir-rispons tan-nies kien wieħed posittiv sa mill-għada li saret il-konferenza tal-aħbarijiet li fiha tħabbret din l-inizjattiva meħuda mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Hemm indikazzjoni wkoll li bosta nies żaru l-websajt tal-Ministeru, www.foreign.gov.mt, li fiha aċċess għall-manwal bil-Malti u bl-Ingliż.
| Dan | il-ktejjeb huwa parti minn kampanja iktar wiesa’ mnedija fl-aħħar xhur mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, li permezz tagħha qed jaħdem iktar qrib iċ-ċittadin Malti: kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Il-Ministeru rċieva wkoll talbiet permezz tal-Ambaxxati Maltin barra minn Malta u minn persuni li qed jgħixu barra, li talbu biex dan il-ktejjeb jitqassam fl-Ambaxxati Maltin tagħhom. |
| Kif | sostna l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Tonio Borg, il-Ministeru tiegħu beda eżerċizzju sa mill-bidu tal-leġislatura li permezz tiegħu jrid iwettaq kambjament fit-tul tal-mod kif in-nies iħarsu lejn dan il-Ministeru, l-Ambaxxati tiegħu u s-servizzi li joffru. |
| Proprju permezz ta’ inizjattivi bħal dan | il-ktejjeb ta’ informazzjoni, il-Ministeru irnexxilu jressaq ħafna iktar l-Ambaxxati u l-Konsolati Maltin barra minn Malta lejn il-Maltin li għal xi raġuni jew oħra jinsabu barra minn Malta. Dan joħroġ ċar ukoll mill-istatistika li l-Ministeru ġabar fix-xhur li għaddew li turi li fl-ewwel ħames xhur tas-sena l-għadd ta’ kuntatti għall-assistenza mal-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin barra minn Malta qabeż l-ammont tat-talbiet kollha li kien hemm matul it-12-il xahar tal-2008, dan għaliex sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm madwar 7,500 kuntatt. |
| “Il-kampanja informattiva li bdiet f’dawn | il-ġranet tikkoinċidi mal-eqqel tal-istaġun Sajfi, l-istaġun li bosta Maltin jagħżlu li jieħdu l-btala tagħhom barra minn Malta. Għaldaqstant dan il-manwal se jkun qed jiswa mitqlu deheb għal min irid risposti dwar xi mistoqsijiet li għandu dwar firxa sħiħa ta’ suġġetti. Il-manwal ta’ gwida ‘Qabel Issiefer - Passaport ta’ Informazzjoni’, huwa parti mill-kampanja li għaddejja bħalissa. Dan għaliex, bl-għajnuna tal-mezzi tax-xandir, qed jiġu ppubblikati partijiet minn dan il-ktejjeb fuq il-ġurnali biex in-nies ikollha aċċess aħjar għalihom. Ta’ min isemmi li qed jixxandru wkoll spots ta’ informazzjoni għall-pubbliku fuq uħud mir-radjijiet lokali li fehmu l-importanza ta’ din l-inizjattiva.” |
| Fil-ktejjeb ‘Qabel Issiefer – Passaport ta’ | Informazzjoni’, wieħed isib minjiera ta’ informazzjoni marbuta per eżempju mal-passaporti, mal-Viża, mal-bżonn tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa, kif ukoll informazzjoni dwar l-Ambaxxati u l-Konsolati barra minn Malta. |
| Bosta nies sostnew li qabel taw ħarsa lejn dan | il-ktejjeb, ftit kienu jafu li jistgħu jitolbu l-għajnuna lill-Ambaxxati jew Konsolati Maltin li jinsabu barra minn Malta f’każ li jsibu ruħhom f’xi diffikulta’. |
‘Qabel Issiefer – Passaport ta’ Informazzjoni’ huwa inizjattiva tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Għall-aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-websajt www.foreign.gov.mt
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984