Left arrow Go Back

Il-Ministru Dolores Cristina iżżur Education 22

pr1240
Date Icon 17/07/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina dal-għodu għamlet żjara fl-uffiċċji u l-istudio tal-istazzjon televiżiv Education 22 fejn iltaqgħet u tkellmet mal-impjegati ta’ dan l-istazzjon.
Matul din il-laqgħa il-Ministru spjegatlill-ħaddiema ix-xogħol li sar f’dawn l-aħħar xhur mill-aspett amministrattiv tal-istazzjon wara rapporti li l-Ministru ikkummissjonat.
Wara dawn ir-rapporti, fil-ġimgħat li ġejjin,il-Gvern irid jieħu deċiżjonijiet dwar il-futur tal-istazzjon u għalhekk hi stiednet lill-impjegati biex jibgħatu s-suġġerimenti tagħhom dwar kif jixtiequ jaraw l-istazzjon jiżviluppa.
Waqt diskussjoni mal-impjegati, ħafna minnhomtkellmu dwar il-ħidma li għamlu fl-istazzjon, dwar ħtiġijiet li jħossu li għandhom u għamlu wkoll suġġerimenti għall-futur. Il-Ministru rringrazzjat lill-ħaddiema għax-xogħol tagħhom u ħeġġithom biex jibgħatu s-suġġerimenti tagħhom.
Il-Ministru Ciristina kienet imdawwra mal-postminn Bernadette Azzopardi li bħalissa hi responsabbli mit-tmexxija ta’ Education 22.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow