Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-KUMMISSARJU GĦOLI GĦAR-RENJU UNIT.

pr1231
Date Icon 16/07/2009
L-Onor Jason AzzopardiSegretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet illum irċieva żjara ta’ kortesija mill-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit, l-Eċċellenza Tagħha Louise Stanton.
Fil-laqgħa huma ddiskutewil-qagħda ekonomika dinjija, u kif il-kriżi internazzjonali qed teffettwa is-swieq Ewropej b’aċċenn għar-Renju Unit u Malta, fid-dawl tal-prospetti għax-xhur li ġejjin. Huma tkellmu wkoll dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani.
Dr Azzopardi tkellem dwariż-żjara tiegħu is-sena l-oħra ġewwa l-Office of Government Commerce f’Londra, li hija l-ekwivalenti fl-Ingilterra għall-Government Property Division (GPD) ta’ Malta.  Waqt iż-żjara f’Lulju tal-2008, Dr Azzopardi mexxa eżerċizzju ta’ konsultazzjoni ma’ diversi esperti biex tittejjeb is-sistema tal-informatika ġewwa l-GPD.  Huwa spjega lill-Kummissarju Għoli l-importanza illi l-GPD jkollha sistemi ta’ Teknoloġija tal-Informatika moderni li jirrispondu ghall-eżigenzi tal-lum illi jgħinu lit-Taqsima tilħaq l-għanijiet tagħha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow