DISKUSSJONI DWAR L-INFLAZZJONI: ANALIŻI U PROPOSTI
pr1224
15/07/2009
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech laqa’ l-istedina tal-Oppożizzjoni għal konferenza dwar l-inflazzjoni li ser issir nhar is-Sibt 18 ta’ Lulju. Il-Gvern se jagħti analiżi tas-sitwazzjoni, il-ħidma li qed iwettaq u jagħti aktar dettall dwar il-proposti mħabbra minnu dwar dan is-suġġett. Fl-istess waqt se jkun qed jisma’ u jistenna l-proposti tal-Oppożizzjoni. |
| Filwaqt li l-Gvern jemmen li | biex konferenza tkun verament nazzjonali kellha tkun inizjattiva konġunta bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u l-pubbliku ġenerali, il-Gvern xorta aċċetta li jieħu sehem. |
| Wara diskussjoni | mas-Segretarju-Ġenerali tal-Partit Laburista, is-Sur Jason Micallef, sar qbil li l-parteċipazzjoni tal-Gvern ma tkunx limitata biss għal intervent waqt din il-konferenza iżda li l-Gvern ikollu wkoll l-ispazju li jfisser il-ħidma tiegħu f’dan il-qasam u jagħti r-reazzjonijiet tiegħu għall-interventi li jkunu saru. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984