Left arrow Go Back

KONFERENZA NAZZJONALI  ‘RIFORMA MEPA’  FIL-31 TA’ LULJU 2009

pr1222
Date Icon 15/07/2009

Il-Konferenza Nazzjonali dwar ir-Riforma tal-MEPA se ssir nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju u tibda fit-8.30 a.m.  Kull min jixtieq li jattendi u jipparteċipa f’din il-Konferenza Nazzjonali hu mitlub li jċempel fuq in-numru tat-telefon 2200 1464 jew inkella jibgħat e-mail fuq riformamepa@gov.mt . 

Intant bħalissa qed jitħaddem servizz ta’ informazzjoni fejn il-pubbliku jista’ jitlob informazzjoni permezz tat-telefon dwar il-proposti li ġew imħabbra.  Min jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet jista’ jċempel fuq il-linja 188, bejn it-8.00a.m. u l-4.00p.m.

Id-dokument bid-dettalji tar-riforma tal-MEPA jinsab fuq is-sit:  www.opm.gov.mt/mepa.

L-iskop tar-riforma hu li l-MEPA tkun aktar konsistenti fid-deċiżjonijiet li tieħu, li tkun aktar effiċjenti fl-operat tagħha lejn il-klijenti u l-pubbliku in ġenerali u li jissaħħu l-kontabbilita’ u l-infurzar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow