Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1215
Date Icon 15/07/2009
Il-Gvern konsistenti u attivdwar it-tibdil fil-klima
Il-Gvern għandu pożizzjoni konsistenti u huwaattiv biex pajjiżna jkun imħejji biex jilqa’ għall-impatt inevitabbli li jkollu jiffaċċja bit-tibdil fil-klima.  Dan jikkontrasta bil-kbir mal-baħħ tal-Oppożizzjoni li minkejja li ilha xhur sħaħ li kellha f’idejha l-abbozz tal-istrateġija nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, għada sal-lum ma tat l-ebda reazzjoni għad-dokument.  Irid jingħad li kienet l-Oppożizzjoni biss li għażlet li ma tagħti ebda reazzjoni għax għaqdiet oħrajn ipparteċipaw bis-sħiħ u ressqu proposti tul il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika.
Minn fuq, l-Oppożizzjoni tipprova titfa dubjifuq il-proċess li għaddej bħalissa u li kien jinvolvi xogħol kbir minn ħafna stakeholders, proċess li minnu kienet nieqsa l-Oppożizzjoni.  Il-fatti huma li kien il-Gvern stess li ntrabat li jerġa jagħmel dibattitu parlamentari, ġaladarba jintemm il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika.  Il-Gvern kien ippropona li dan id-dibattitu jsir qabel ma’ l-Parlament jieqaf għas-sajf, pero’ l-Oppożizzjoni kienet uriet ix-xewqa li dan id-dibattitu jitħalla għal wara s-sajf u għalhekk il-Gvern iddeċieda li jaċċetta dik it-talba, minkejja li għall-bidu, l-Gvern kien insista li d-diskussjoni ssir qabel is-sajf.
Dan ma jfissirx li l-proċess waqaf; anzi, tantli l-istrateġija finali ġiet maqbula fil-Kabinett u anke beda l-proċess, u dalwaqt jitħabbru deċiżjonijiet, dwar miżuri oħra li se jieħu l-Gvern biex jiżgura li pajjiżna jkun għal lest quddiem din l-isfida.  Iċ-Chairman tal-Kumitat ta’ Esperti mwaqqaf mill-Gvern, is-Sur David Spiteri Gingell kien u għadu involut bis-sħiħ f’dan il-proċess u s-sehem tiegħu, flimkien ma’ dawk kollha li taw sehemhom s’issa, huwa meqjus bħala importanti u kruċjali.
Il-ħasra hi li mhux l-istess jista’ jingħadgħall-Oppożizzjoni li mhux biss ma tgħinx, iżda saħansitra tipprova tfixkel u toħloq dubji ineżistenti fuq proċess li hu ta’ importanza nazzjonali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow