Stand fl-Isptar Mater Dei b’Informazzjoni għal Studenti Prospettivi tal-Ħarsien tas-Saħħa fl-Universita`
pr1210
14/07/2009
| Studenti prospettivi, interessati fil-Korsijiet | tal-Ħarsien tas-Saħħa offruti mill-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa (Institute of Health Care – IHC) fl-Università ta’ Malta, jistgħu jiksbu informazzjoni u jiddiskutu l-interess tagħhom ma’ membri tal-istaff akkademiku li se jkunu disponibbli fl-entrata tal-Isptar Mater Dei fuq stand imwaqqfa apposta, bejn it-Tnejn 13 ta’ Lulju u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, fil-ħinijiet prinċipali tal-viżti fl-isptar. |
| Ser ikun hemm min jagħti | l-informazzjoni fuq l-istand kuljum bejn it-3 ta’ wara nofsinhar u s-6 ta’ filgħaxija u l-Ħadd bejn l-10 ta’ filgħodu u nofsinhar. |
Is-Segretarju Parlamentari ghas-Saħħa l-Onor. Joseph Cassar li żar l-istand, enfasizza l-karatteristiċi speċifiċi li daż-żmien huma assoċjati mal-professjonijiet fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa – b’mod partikulari:
- l-opportunitajiet vasti għal networking internazzjonali li jipprovdu esperjenzi barra l-pajjiż, kemm lill-istudenti kif ukoll lill-istaff ikkwalifikat fuq il-firxa tal-professjonijiet;
- l-opportunitajiet estensivi kemm għall-karriera kif ukoll għall-avanz akkademiku għall-istaff ikkwalifikat;
- ir-rwoli diversi fi ħdan il-professjonijiet, hekk kif is-servizzi fil-ħarsien tas-saħħa jestendu b’mod progressiv għal kuntesti tal-Ħarsien tas-Saħħa Primarja u tal-Kommunità; u
- s-sigurtà tal-impjiegi li tikkumplimenta dawn il-professjonijiet fi klima ta’ espansjoni sinifikanti ta’ servizzi, bi tweġiba għal numru ikbar u divers ta’ domandi għall-ħarsien tas-saħħa.
| Dr Cassar tenna li dawn il-karatteristiċi | fil-fatt jawguraw tajjeb għal interess favorevoli fost ir-rekluti potenzjali fi programmi edukattivi fil-professjonijiet f’dan il-qasam. |
| Dr Sandra Buttigieg, Direttur ta’ Istitut | għall-Ħarsien tas-Saħħa, qalet li karriera fis-Settur tas-Saħħa tagħti lil dak li jkun l-opportunità li jaħdem f’kuntesti differenti minn kura akuta għal kura fit-tul, fir-riċerka, fl-edukazzjoni, fil-management u fl-iżvilupp ta’ politika. “Professjoni fil-qasam tal-kura toffri ħafna sodisfazzjon fuq ix-xogħol billi l-persuna tkun responsabbli għall-kura diretta tal-pazjent jew tal-klijent. L-opportunitajiet biex iż-żgħażagħ jidħlu fil-Professjoni tas-Saħħa qegħdin dejjem jiżdiedu. Karriera f’dan il-qasam tgħinhom isiru parti integrali min-network globali ta’ kura. F’dan ir-rigward, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-Settur tas-Servizzi tas-Saħħa f’Malta, l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa joffri korsijiet f’livelli diversi. Il-korsijiet kollha offruti huma konformi ma’ rekwiżiti internazzjonali sabiex ikunu żgurati standards professjonali,” qalet Dr Buttigieg. |
| L-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa joffri | korsijiet fi 12-il qasam ta’ studju differenti, iżda huma d-Diviżjonijiet tan-Nursing u tal-Midwifery li jattiraw l-ikbar numru ta’ studenti. Din is-sena, l-IHC jiċċelebra l-20 anniversarju mill-introduzzjoni tal-Istudji tal- Nursing u tal-Midwifery fil-kurrikulu tal-Università ta’ Malta. |
| Matul dawn l-aħħar 20 sena, ’il fuq minn 1500 | infermiera u qabla temmew kors ta’ studju mal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa bi kważi 400 jieħdu l-lawrja u 28 jieħdu grad ta’ wara l-lawrja (postgraduate). Hemm total ta’ 9 korsijiet differenti li bħalissa qed jiġu offruti kemm f’livell ta’ lawrja kif ukoll fil-livell ta’ wara l-lawrja. Dawn jinkludu Diploma fin-Nursing korsijiet ta’ Baċellerat fin-Nursing ġenerali u fil-Midwifery, fil-Mental Health Nursing, fil-Community Nursing u kors ta’ Masters fl-istudji tan-Nursing/tal-Midwifery. Il-prospetti ta’ impjieg għal studenti fil-livell ta’ lawrja u għal dawk ta’ wara l-lawrja huma eċċezzjonali kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. |
| Parti integrali tal-Istitut hija l-iżvilupp ta’ | riċerka għall-istaffu l-istudenti. Hemm numru sabiħ ta’ membri tal-istaff, kif ukoll studenti li huma reġistrati f’korsijiet ta’ wara l-lawrja, Masters u Dottorat. L-IHC stabbilixxa rabtiet mill-qrib ma’ universitajiet internazzjonali, b’mod partikulari fl-Ewropa, u membri tal-istaffu l-istudenti jipparteċipaw b’mod regolari f’inizjattivi ta’ skambji fil-proġett Erasmus. |
| S’issa, il-korsijiet ta’ diploma u ta’ lawrja | fin-Nursing kienu jdumu erba’ snin. Minn Ottubru 2009, kull kors ta’ Diploma u ta’ lawrja fin-Nursing se jibda jsir fuq perjodu ta’ tliet snin, konformi max-xejriet fl-iżvilupp tal-edukazzjoni fl-infermerija mad-dinja kollha. Dan sar possibbli billi qed jiġi adottat metodu iktar integrattiv ta’ tagħlim matul il-korsijiet. |
| Aktar informazzjoni dwar il-korsijiet | tal-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa tista’ tinkiseb billi tintbagħat email lil Student Advisory Services (servizzi ta’ pariri għall-istudenti): sas@um.edu.mt jew lill-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa: ihc@um.edu.mt. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984