Linja 188 u r-riforma tal-MEPA fuq www.opm.gov.mt/mepa
pr1192
10/07/2009
| Wara li l-bieraħ tħabbru | d-dettalji tar-Riforma tal-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), beda jitħaddem servizz ta’ informazzjoni fejn il-pubbliku jista’ jitlob informazzjoni permezz tat-telefon dwar il-proposti li tħabbru. |
| Min jixtieq jagħmel xi mistoqsijiet jista’ | jċempel fuq il-linja 188, bejn it-8.00 a.m. u l-4.00 p.m. |
Sadanittant, id-dokument bid-dettalji tar-riforma tal-MEPA jinsab fuq is-sit www.opm.gov.mt/mepa
Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar se ssir Konferenza Nazzjonali dwar ir-Riforma fil-MEPA. Min irid jagħmel xi suġġerimenti jew kummenti qabel il-Konferenza Nazzjonali, jista’ jagħmel dan b’e-mail fuq mepareform@gov.mt jew riformamepa@gov.mt
L-iskop tar-riforma hu li l-MEPA tkun aktar konsistenti fid-deċiżjonijiet li tieħu, li tkun aktar effiċjenti fl-operat tagħha lejn il-klijenti u l-pubbliku in ġenerali u li jissaħħu l-kontabbilita’ u l-infurzar.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984