Left arrow Go Back

Franza tappoġġja bis-sħiħ lil Malta fir-rilokazzjoni ta’ persuni

pr1189
Date Icon 09/07/2009
Illumwaranofsinhar, tnejn u disgħin persuna li jgawdu minn protezzjoni internazzjonali bdew il-vjaġġ tagħhom lejn ir-Repubblika ta’ Franza fil-qafas tal-ftehim ta’ rilokazzjoni milħuq bejn iż-żewġ pajjiżi fl-aħħar tas-sena 2008. Erbgħa oħra għandhom imorru Franza aktar tard. Franza ser tkun qed tilqa’ sitta u disgħin persuna b’kollox.
Għalkemmdin mhix l-ewwel darba li pajjiż Ewropew ta kenn lil persuni li ngħataw status ta’ refuġjat jew protezzjoni sussidjarja minn Malta, l-inizjattiva tal-Gvern Franciż hi meqjusa bħala waħda ferm importanti fl-isfond tal-iżviluppi li qed iseħħu fil-qasam tal-immigrazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari wara l-konkluzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-18 u 19 ta’ Ġunju 2009 fi Brussell. Dan is-summit ta mandat ċar lill-Kummissjoni Ewropea sabiex twettaq proġett pilota għal rilokazzjoni ta’ persuni li jgawdu protezzjoni internazzjonali minn Malta lejn pajjiżi tal-Unjoni.
F’danl-eżerċizzju l-Gvern Franċiz wera x-xewqa li barra  li jaħdem direttament  mal-Gvern Malti, jaħdem ukoll ma’ entitajiet mhux governattivi li jaħdmu f’dan il-qasam. Id-diskussjonijiet, kif ukoll it-tħejjija tad-dokumenti meħtieġa, saru b’koperazzjoni mal-għaqdiet mhux governattivi, fosthom il-Kummissjoni Emigranti, il-Jesuit Refugee Services (JRS) l-Organizzazzjoni għall-Ħarsien u l-Integrazzjoni tal-persuni li jfittxu l-Ażil (OIWAS) u l-għaqdiet internazzjonali bħall-Kummissarjat Għoli għar-Rifuġjati tal-Ġnus Magħquda (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni (IOM).
Tul dawnl-aħħar xhur dawn l-organizzazzjonijiet kienu impenjati f’ħidma intensiva, flimkien mat-Third Country Nationals Unit tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, sabiex jinġabar it-tagħrif meħtieġ dwar dawk il-persuni li wrew ix-xewqa li jibdew ħajja ġdida fi Franza. Il-proċess laħaq il-qofol tiegħu meta delegazzjoni Franċiża ġiet Malta sabiex tgħarbel din l-informazzjoni u intervistat dawn il-persuni, sabiex b’hekk setgħet issir l-għażla finali.  Oriġinarjament, l-għażla finali kellha tkun ta’ tmenin persuna biss.  Il-Gvern Franċiż kompla juri s-solidarjetà tiegħu meta wara li għarbel sewwa l-bżonnijiet ta’ dawn il-persuni vulnerabbli, għażel aktar mit-tmenin persuna previsti. L-għażla finali hija komposta minn familji, nisa u tfal, persuni vulnerabbli u persuni single. Dawn il-persuni issa ser ikunu qed jagħmlu parti minn programm ta’ integrazzjoni mħaddem mill-Gvern Franċiż biex ikunu jistgħu jibdew il-ħajja ġdida tagħhom fi Franza.
Ta’ minifakkar li l-Gvern Franċiż diġà ntrabat li jieħu numru simili ta’ persuni minn Malta s-sena dieħla, f’turija ta’ aktar solidarjetà ma’ pajjiżna. Dan huwa xhieda li l-isforzi tal-Gvern biex il-piż tal-immigrazzjoni illegali jinqasam bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qiegħed iħalli frott li tista’ tarah u tmissu.
Il-GvernMalti juri l-apprezzament tiegħu lill-Gvern Franċiż tal-għajnuna kollha li qiegħed joffri lil Malta, b’mod speċjali fil-kuntest ta’ inizjattivi li jagħtu futur lil dawk li jeħtieġu protezzjoni u jirringrazzja lil dawk l-entitajiet kollha li taw sehmhom biex din l-inizjattiva isseħħ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow