ID-Divizjoni tas-Saħħa tieħu MIZURI biex tiġi mitigata l-Influenza ‘A H1N1’
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret illum, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Mario Galea qal li l-bieraħ filgħaxija kienu konfermati 9 każi oħra ta’ persuni li għandhom l-Influwenza A H1N1.
Dawn kienu kif ġej:
5 – Għarb
1 – Rabat Għawdex
1 – San Lawrenz
1 – Marsalforn
1 – Rabat Malta
| Għalhekk issa n-numru ta’ każi kkonfermati tela’ | għal 48. Huwa wkoll evidenti li l-każijiet m’humiex relatati ma’ safar. |
| Għalhekk, wara li ġiet analizzata s-sitwazzjoni | epidemjoloġika ta’ kif qed jinfirex il-virus lokalment u, fuq rapport li ħarġet l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-bieraħ filgħaxija d-Diviżjoni tas-Saħħa ddeċidiet li l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’din il-fażi huma dawk ta’ mitigazzjoni. |
| Dan ifisser li filwaqt li xorta nibqgħu | viġilanti u nżommu għajnejna fuq is-sitwazzjoni li tkun qed tiġri, jingħata trattament u jiġu protetti n-nies li huma meqjusa bħala l-aktar vulnerabbli. |
| Minħabba li s-sintomi tal-virus huma | ħfief, persuni li huma b’saħħithom mhu qed ikollhom l-ebda kumplikazzjonijiet. Dan qegħdin narawħ fil-maġġoranza tal-każijiet madwar id-dinja. |
| L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fir-rapport li ħarġet | il-bieraħ saħqet li l-maġġoranza tal-pazjenti qegħdin jirkupraw minn din il-marda anke mingħajr trattament mediku. Għalhekk nies li m’humiex vulnerabbli m’għandhomx għalfejn jieħdu anti-virals. |
| Il-persuni li huma meqjusa bħala vulnerabbli | huma: |
§ tfal ta’ eta inqas minn 5 snin
§ nisa tqal
§ min ibati b’mard kroniku bħal dawk tal-qalb, respiratorji u tal-kliewi
§ min juri sinjal ta’ kumplikazzjonijiet.
| Għalhekk testijiet ta’ naso pharyngeal swabs | se jsiru fuq nies b’sintomi li jikkwalifikaw taħt dawn il-kriterji u trattament bl-anti-virals se jingħata lil dawk il-każijiet li jiġu kkonfermati mil-laboratorju, li qegħdin isofru mill-virus tal-A H1N1. |
| It-tobba se jiġu nfurmati b’din l-istrateġija | ta’ mitigazzjoni. Dan ifisser li t-tobba kollha se jiddiskutu mal-ispeċjalisti tas-Saħħa Pubblika, l-każijiet li jaqgħu taħt dawn il-kriterji. |
| Xorta waħda huwa importanti li kull min għandu | sintomi tal-influwenza m’għandux joħroġ mid-dar sakemm jgħaddilu. |
| Id-Diviżjoni tas-Saħħa tirrakkomanda biex | nevitaw prattiċi li jinkoraġixxu t-tifrix tal-influwenza, bħal xorb mill-istess reċipjenti jew wara xulxin. |
| Fir-Rapport tal-Għaqda Dinjija | tas-Saħħa ħareġ ukoll li: |
· l-influwenza pandemika tat-2009 infirxet b’heffa minn pajjiz ghal iehor li qatt ma rajna qabel
· f’anqas minn 6 gimghat dan il-virus infirex b’mod li s-soltu virus ta’ influwenza ohra jiehu 6 xhur biex jinfirex.
· Il-mod kif qed tinfirex f’hafna pajjizi, qed jagħmila mpossibbli li jsir laboratory testing ta’ kull każ; u din l-informazzjoni lanqas għadha bżonnjuża.
· swobbing għal kull każ jitlob sforz koordinat kbir u ħafna riżorsi. Għalhekk, l-attenzjoni għandha tingħata lill-każijiet severi.
· l-maġġoranza assoluta tal-każi rrappurtati kienu mild ħafna.
· L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tahseb ukoll biex tieqaf tippubblika t-tabella bin-numru ta’ kazijiet ikkonfermati.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984