PERFORMANCE AUDIT – VEHICLE EMISSIONS CONTROL
pr1175
07/07/2009
| L-Awditur | Ġenerali rrapporta lill-Parlament li skemi ta’ kontroll fuq id-dħaħen mill-vetturi għenu biex jitħarsu aħjar ir-regolamenti dwar l-emissjonijiet. Madanakollu, għandu jinħoloq qafas ta’ kontroll aktar b’saħħtu u sostenibbli billi l-iskemi jkunu ppjanati, mħaddma u nfurzati aħjar. L-emissjonijiet mill-vetturi huma kaġun ewlieni tat-tniġġiż fl-arja li jagħmel ħsara lis-saħħa pubblika u lill-ambjent. L-effetti ħżiena tal-emissjonijiet jinħassu iżjed minħabba n-numru kbir ta’ vetturi għaċ-ċokon tal-pajjiż. Barra minn hekk, l-eta’ medja tal-vetturi hija ogħla minn dik tal-vetturi fl-Unjoni Ewropea. |
| Dan l-audit | eżamina dawn l-erba’ skemi: il-Vehicle Roadworthiness Test (VRT), l-Emissions Alert Campaign (EAC), Roadside Technical Inspections (RTI) u r-Roadside Emissions Test (RET). |
Il-VRT wera li l-ikbar riskju t’emissjonijiet għolja kien ġej minn vetturi b’magna diżil, dawk b’użu kummerċjali u dawk li kellhom tmien snin jew aktar. Fil-VRT, 1.2 fil-mija biss tal-vetturi li ġew ittestjati weħlu mit-test għall-emissjonijiet. L-audit sab li l-vetturi kellhom tendenzi li jiżviluppaw emissjonijiet għolja ftit xhur biss wara li jgħaddu mill-VRT. Fil-perjodu eżaminat instab li l-monitoraġġ tal-operaturi tal-VRT ma kienx adekwat. L-ADT irrapurtat li fl-2008 nehdiet numru t’inizjattivi biex issaħħaħ l-ispezzjonijiet u l-monitoraġġ tal-operaturi tal-VRT.
| L-EAC kellha suċċessi varji fl-għanijiet tagħha | li żżid l-għarfien pubbliku, tinforza l-liġi u tnaqqas l-emissjonijiet mill-vetturi. Il-pubbliku rrapporta, permezz ta’ SMSs, 30 fil-mija tal-vetturi tat-trasport pubbliku, 10 fil-mija ta’ dawk kummerċjali u 4 fil-mija tal-vetturi privati. Iżda l-potenzjal sħiħ tal-kampanja ma ntlaħaqx, l-iżjed minħabba li numru sostanzjali ta’ vetturi rrapportati ma ġewx imsejħa jagħmlu test tal-emissjonijiet. Minkejja li l-ADT ippruvat issejjaħ il-vetturi li kienu ġew rrappurtati iżjed drabi minn dak preskritt, xorta waħda ma kelliex biżżejjed riżorsi biex tittestja lill-vetturi kollha eliġibbli. Mis-sena l-oħra, l-ADT issospendiet l-ittestjar marbut ma’ din il-Kampanja. |
| L-iskemi tal-RTI u RET kienu mħaddma mill-ADT u | l-Gwardjani Lokali rispettivament. Dawn l-iskemi, li jittestjaw vetturi fit-triq, għandhom importanza kbira minħabba li jimmiraw li s-sidien iżommu l-vetturi tagħhom f’kundizzjoni tajba kontinwament. Dawn iż-żewġ skemi identifikaw numru sostanzjali ta’ vetturi, ta’ kull eta’ u ċilindraġġ, b’emissjonijiet għoljin. Iżda dawn l-iskemi ftit li xejn iffukaw fuq vetturi b’magna petrol minħabba li emissjonijiet ta’ dawn il-vetturi mhumiex dejjem viżibbli, għalkemm tossiċi wkoll. Fl-2008 l-iskema RET ġiet sospiża wara li l-ADT ddeċidiet li l-ittestjar tal-emissjonijiet isir biss minn uffiċjali kwalifikati. |
| F’dawn l-aħħar snin saru diversi sforzi biex | jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-vetturi. Iżda l-qafas ta’ kontroll fuqhom jintħieġ jissaħħaħ aktar. Ir-rapport jipproponi li ssir reviżjoni ta’ dan il-qafas biex l-iskemi relattivi ma jitħaddmux biċċa biċċa imma biex jikkumplimentaw lil xulxin. Ir-rapport jirrakkomanda wkoll li flimkien mal-miżuri fiskali li ġew imnieda dan l-aħħar, tkun ikkunsidrata li t-test tal-VRT jsir kull sena għall- vetturi ta’ ċerta eta’. Jirrakkomanda wkoll li jkunu introddotti multi f’każijiet fejn siġilli tal-pompa tal-fuel jkunu nstabu miksura. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984