JINBEDA X-XOGĦOL TA’ DOKUMENTAZZJONI GĦAR-RESTAWR FUQ IS-SWAR TAĊ-ĊITADELLA F’GĦAWDEX.
pr1173
07/07/2009
| Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali | George Pullicino, flimkien mal-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, żaru iċ-Ċittadella f’Għawdex biex isegwu x-xogħlijiet ta’ dokumentazzjoni taċ-Ċittadella u l-madwar li qegħdin isiru bħalissa bi preparazzjoni għax-xogħol ta’ restawr u konsolidazzjoni tal-blat fraġli taħt iċ-Ċittadella li mistenni jibda fi ftit ta’ żmien ieħor. |
| Ix-xoghol jinvolvi l-preparazzjoni ta’ pjanti | dettaljati u mudelli virtwali 3-dimenzjonali li fuqhom jiġu ndikati l-materjal kif ukoll il-ħsarat eżistenti. Dan ix-xogħol qiegħed isir mill-kumpanija Taljana Consorzio Ferrara Ricerche wara sejħa pubblika għall-offerti taħt is-superviżjoni tal-periti tat-Taqsima tar-Restawr fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. |
| Biex jitwettaq dan il-proġett qegħda tintuża | l-aħħar teknoloġija avvanzata li tagħmel użu minn laser scanners bi preċiżjoni għolja ħafna. |
| Waqt din iż-żjara ġew spjegati x-xogħlijiet | ta’ restawr u konsolidazzjoni tal-blat ta’ taħt iċ-Ċittadella li mistennija jinbdew wara li tintemm din l-ewwel fażi tal-proġett. 85% ta’ dawn il- progetti huwa ffinanzjati bl-ghajnuna ta’ l-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2007-2013) – Ninvestu fil-futur tiegħek. |
| Il-Ministri faħħru l-mod u l-pjan li bih ser | jitmexxa dan il-proġett filwaqt li wrew l-apprezzament tagħhom għal kull min wera interess li jieħu sehem fit-twettiq ta’ dan il-proġett. |
| Is-sena li għaddiet inbeda x-xogħol fuq | il-masterplan taċ-Ċittadella li huwa ko-finanzjat mill-Mekkaniżmu Finanzjarju tal-Area Ekonomika Ewropea u li għalih qed jikkontribwixxu l-pajjizi tan-Norveġja, Iżlanda u Liechtenstein. Il-għan ta’ dan il-masterplan huwa illi jiġu ndirizzati aspetti ta’ turiżmu u faċilitajiet għall-viżitaturi, l-użu tal-art, aspetti ekonomiċi u soċjali, immaniġġjar tat-traffiku, servizzi u infrastruttura u proposti għal tmexxija u immaniġġjar aħjar. Dan l-istudju qiegħed isir mill-kumpanija Taljana Politecnica Ingegneria e Architettura wara sejħa pubblika għall-offerti. Numru ta’ esperti kemm Taljani kif ukoll lokali qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom f’ dan l-istudju. |
| Dawn il-proġetti qegħdin jiġu ko-ordinati | mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984