IR-RWOL TAL-KUNSILLI LOKALI FIL-ĦARSIEN TAL-WIRT KULTURALI – L-ATT TA’ KURAZIJA
pr1172
07/07/2009
| “Niżbaljaw jekk naħsbu li l-wirt | kulturali ta’ pajjiżna jinsab biss fil-mużewijiet tagħna, jew inkella li jappartjeni biss għall-gvern ċentrali jew għaqdiet prominenti. Ħafna drabi forsi ninsew li l-parti l-kbira tal-wirt kulturali u naturali – palazzi u djar antiki li jinsabu fl-irħula tagħna; kapelli, fortifikazzjonijiet, cart-ruts, oqbra Puniċi – kollha jinsabu ġewwa l-konfini ta’ xi lokalità jew oħra. Aktar minn ħaddieħor, il-kunsilli lokali għandhom ikunu protagonisti fil-ħarsien u l-użu tajjeb ta’ dawn ir-riżorsi li huma tant importanti għall-pajjiż u l-gwardjani ta’ dan il-pajsaġġ kulturali uniku.” |
| Dan qalu Dr Chris Said, | is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, waqt seminar organizzat għall-kunsilli lokali li tratta l-wirt Kulturali u l-Att ta’ Kurazija - guardianship deeds. |
| Il-kunsilli lokali jistgħu jsiru | msħieba ewlenin fl-objettivi tal-pajjiż billi huma stess jieħdu f’idejhom responsabbiltà ta’ wirt li wara kollox għandu jkun adottat minn komunitajiet lokali, kompla Chris Said. |
| Jekk komunitajiet lokali ma | jħossux ċertu ‘ownership’ tal-wirt kulturali u tal-ambjent tagħhom, dawn ser jibqgħu aljenati minn dawn ir-riżorsi tant importanti, b’konsegwenza li tiżdied il-ħsara lill-istess patrimonju. Fuq kollox jekk komunitajiet lokali ma jagħtux kontribut f’dan is-settur ibati l-pajjiż kollu. |
| Is-Segretarju Parlamentari | għamel referenza għall-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali tal-2002 (CAP.445) - qafas importanti li fiħ għandhom jaħdmu l-kunsilli lokali. Minn dan l-att joħorġu zewġ inizjattivi ewlenin: |
| (i) | Il-kompilazzjoni tal-inventarju nazzjonali |
| (ii) | L-att ta’ kurazija dwar siti storiċi u arkeoloġiċi |
| L-inventarju huwa għodda li | permezz tagħha nsiru nafu aktar x’għandna fil-pajjiż, u allura x’inhu ta’ valur. L-Att ta’ Kurazija, li huwa parti mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, għandu l-għan illi permezz tiegħu Kunsilli Lokali u NGOs jieħdu f’idejhom proprjetajiet b’kundizzjonijiet speċjali bil-potenzjal li ċerti siti jintużaw b’mod aktar xieraq u kompatibbli man-natura tal-wirt, għal skopijiet turistiċi u edukattivi. |
| It-tiġdid tal-Kunsilli Lokali | qed jindirizza dan l-ambitu ta’ kurazija anke fil-policy dwar il-gvern lokali, għax il-gvern jemmen li l-kunsilli lokali huma istituzzjoniijiet maturi biżżejjed biex jieħdu ħsieb oqsma nazzjonali. |
| Chris Said ħeġġeġ lil kull | kunsill lokali biex jaħdem politika dwar il-wirt kulturali u naturali billi: |
| (i) | Ifassal management plan mibni fuq informazzjoni dettaljata dwar ir-riżorsi kulturali u naturali fil-lokalità; |
| (ii) | Isir inventarju protettiv mibni fuq standards nazzjonali maħruġa mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; |
| (iii) | Tinbeda strateġija ta’ Guardianship Deeds; |
| (iv) | Tinbena rabta mill-qrib bejn kunsilli lokali u skejjel tal-lokal dwar inizjattivi kulturali fil-lokal. |
| Dan is-seminar ġie indirizzat | ukoll mill-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici, Chairman tal-Kumitat tal-Garanzija, minn Dr Anthony Pace, Suprentendent tal-Wirt Kulturali, mis-Sur Albert Mamo, Kummissarju tal-Artijiet, mis-Sur Kenneth Gambin minn Heritage Malta, Michael Cohen, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, u Dr Vanni Xuereb, Kap tal-Malta-EU Steering and Action Commitee (MEUSAC). |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984