Inawgurazzjoni tal-Faċilità għall-Iskart Goff Magħżul fix- Xewkija Għawdex
pr1157
04/07/2009
| WasteServ tniedi servizz ġdid f’Għawdex – | jinfetaħ il-ħames u l-aħħar Ċentru Għal Skart Goff |
| WasteServ Malta Ltd. illum qegħda tniedi | Faċilita’ għall-Iskart Goff (Civic Amenity Site) ġdida t’Għawdex. Sabiex jinawgurawha, kienu preżenti l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, Onor. George Pullicino, l-Ministru għal Għawdex l-Onor Giovanna Debono, u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said. |
| B’din il-faċilita’, il-ħames | ċentri ppjanati għal skart goff issa qegħdin joperaw kollha. Bħall-erba’ faċilitajiet li diġa hemm joperaw Malta, li jinsabu fil-lokalitajiet tal-Magħtab, l-Imrieħel, Ħal Luqa u Ħal Far, l-iskop ta’ din il-faċilita’ huwa sabiex jipprovdi servizz bażiku għall-immaniġġjar tal-iskart. Dan is-servizz bażiku huwa dak tal-kollezzjoni ta’ skart goff (bulky waste) b’mod separat. Infatti dan ser ikun qed jilqa’ waste streams differenti imma li kollha huma iġġenerati mid-djar, għalkemm ser ikun qed jilqa’ wkoll kwantitajiet żgħar ta’ skart minn entitajiet. |
| Fid-diskors tiegħu, il-Ministru | Pullicino qal li “r-rimi ta’ skart kontra l-liġi fl-ambjent, li jinkludi wkoll rimi fil-viċinanzi f’tal-Kus, issa huwa mistenni li jkompli jonqos ġaladarba l-pubbliku issa għandu opportunita’ oħra fejn jarmi l-iskart goff domestiku b’mod li jħares il-liġi u li jirrispetta l-ambjent. Irridu niftakkru li sa ftit snin ilu, f’pajjiżna kellna kultura li kulħadd kien jarmi kollox fejn ifettillu. Għalhekk irridu nkomplu naħdmu biex nintroduċu u nsostnu mod iktar matur ta’ kif isiru l-affarijiet.” |
| Dan is-sit, li huwa kbir 2,400 metru kwadru, ser | ikun l-uniku faċilita’ għall-iskart domestiku f’Għawdex, u sar permezz tal-assistenza tal-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja, li kien stmat għal €4.6 miljun. L-implementazzjoni b’suċċess ta’ dan il-proġett, iżda, għenet sabiex ingħataw fondi addizzjonali li ammontaw għal madwar €5.9 miljun. Il-Gvern Malti, minn naħa l-oħra, ipprovda ko-finanzjament ta’ 27% tal-infrastruttura, li ammonta għal €1.24 miljun. Apparti dan, entitajiet fil-gvern ipprovdew ukoll l-art, assiguraw l-iżvilupp neċessarju u anki l-permess għall-operat, flimkien ma’ xogħolijiet oħra ta’ aċċess. |
| Il-proġett tal-ERDF 22 kien | jikkonsisti fi 300 Bring-In Site, 5 Ċentri għall-Iskart Goff bħal dan f’Għawdex u kif ukoll kampanja edukattiva sabiex tinkoraġġixxi s-separazzjoni tal-iskart. Dan kien imbagħad estiż sabiex jinkludi 200 Bring-In Site oħra fl-iskejjel biex jippromwovi l-mentalita’ tas-separazzjoni tal-iskart għall-ġenerazzjonijiet futuri. |
| Ic-Chairman tal-WasteServ, | il-Perit Ben Farrugia, fid-diskors tiegħu innota bi pjaċir li “dan is-servizz, minn meta beda sal-aħħar ta’ Mejju 2009, inġabru aktar minn 31,200 tunnellata ta’ skart goff minn dawn is-siti u bejniethom daħlu aktar minn 174,000 vettura. Ta’ min jgħid li dik tal-Imrieħel hija l-aktar waħda popolari mill-erba’ li għandna Malta. Din hija evidenza tanġibbli li l-pubbliku, meta jkollu servizz ipprovdut, jikkollabora u jaċċetta li jagħmel il-parti tiegħu biex ikollna ambjent aħjar.” |
| Dan is-servizz ser ikun qed | jikkumplimenta servizz ieħor li l-WasteServ diġa qed toffri, li huwa dak tal-Bring-In Sites. Flimkien, dawn iż-żewġ servizzi għandhom jgħinu biex jitnaqqas l-ammont ta’ skart li jmur fit-Temporary Transfer Station tal-Qortin, peress li skart isseparat mis-sors issa ser jibda jintlaqa’ f’din il-faċilita’. |
| Apparti l-ftuħ uffiċjali ta’ dan | iċ-ċentru, WasteServ ħabbret ukoll żewġ inizjattivi oħra relatati ma’ Għawdex. L-ewwel waħda hija l-qbil mas-sidien tat-trakkijiet li jiġbru l-iskart f’Għawdex, fejn dan irriżulta f’titjib tas-servizz tal-kollezzjoni f’Għawdex u f’standard għola tat-trakkijiet kollha fejn tidħol kemm id-dehra u anki l-ħsil. Apparti li għandhom jinħaslu u jiġu ddisinfettati wara kull vjaġġ, dan il-qbil jgħid ukoll li t-trakkijiet għandhom jingħalqu minn wara waqt is-sewqan u li kull trakk għandu jkollu fuqu messaġġ promozzjonali mill-WasteServ favur l-ambjent u l-immaniġġjar tal-iskart. It-tieni inizjattiva hija li llum ingħata premju lill-kunsill li l-aktar ġabar skart isseparat bl-iskema tal-Irriċikla t-Tlieta fl-2008. Dan il-kunsill huwa dak tal-Victoria (Rabat), fejn ħa l-premju ta’ €5,000 sabiex jintużaw għall-ġid tal-komunita’. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984