Aktar Kazi ta’ Influwenza A H1N1 (v) ikkonfermati
pr1151
03/07/2009
| Waqt konferenza tal-aħbarijiet illum wara | nofsinhar, is-Segretarju Parlamentari għall-Anjani u Kura fil-Komunita, Mario Galea qal li ġew ikkonfermati 7 każijiet oħra ta’ din l-Influwenza f’pajjiżna. |
| Dan ifisser li issa hawn total ta’ 11-il-każ | ikkonfermat. |
Is-7 każi ġodda huma:
- Tifla Skoċċiża ta’ 8 snin. Meta kienet l-Iskozja iltaqgħet ma tfal oħra li kellhom l-influwenza u ħarget issa. Naturalment ma kienetx taf li kellhom l-influwenza.
- Baby Ingliż ta’ 4 xhur u nofs. Dan jinsab l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn qiegħed jirkupra tajjeb ħafna u dalwaqt se jkun discharged.
- Maltija ta’ 25 sena. Ġiet mill-Ingilterra nhar it-Tlieta li għadda.
- 3 ġuvintur Maltin. Huma kienu Spanja għal btala flimkien u ġew lura Malta nhar it-Tlieta. Dawn ghandom 23, 22, 16-il sena
- Ġuvni ta’ 22 sena li ġie minn Spanja il-bieraħ.
| Nies li jiżviluppaw sintomi ta’ deni, sogħla, | imnieħer inixxi jew uġigħ fil-griżmejn fi żmien sebat ijiem li ġejjin minn pajjiżi affettwati bl-H1N1 huma mitluba jkellmu lit-tabib tagħhom jew inkella jċemplu liċ-Ċentri tas-Saħħa u ma jmorrux l-Emerġenza. |
| Għal aktar informazzjoni l-pubbliku ġentilment | mitlub iċempel fuq 21324086. |
| L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa emfasizzat | li m’hemm l-ebda lok ta’ restrizzjoni fuq is-safar. |
Il-Leaflet dwar l-Influenza A H1N1, li kien tqassam fid-djar kollha ta’ Malta u Ghawdex, jista jinsab ukoll online minn fuq is-sit www.doi.gov.mt
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984