Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1146
Date Icon 03/07/2009
Maltatissieħeb mal- Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija li Tiġġedded. (IRENA)
Malta b’effett minn din il-ġimgħa saret waħdamill-pajjiżi membri tal-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija li Tiġġedded. Il-ftehim kien iffirmat minn Godwin Sant, id-Direttur tal-Enerġija fl-Awtorita ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, għan-nom tal-Gvern Malti.
Iċ-ċerimonja tal-iffirmar tal-istatuttal-Aġenzija minn 22 pajjiż fosthom Malta saret fiċ-Ċentru Internazzjonali tal-Kungressi f’Sharm El Sheikh fl-Eġittu fi tmiem it-tieni sessjoni tal-Kummissjoni Preparatorja. B’hekk il-membri ta’ IRENA issa telgħu għal 136 pajjiż membru.
IRENA hi l-ewwel organizzazzjoni internazzjonalili qed tikkonċentra esklussivament dwar l-enerġija li tiġġedded. Il-mira ta’ IRENA hi li tagħti appoġġ lejn il-bidla li qed issir għall-użu tal-enerġija li tiġġedded madwar id-dinja. Għal dan l-iskop se tkun qed tipprovdi appoġġ u tagħti pariri kemm lill-pajjiżi industrijalizzati kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow