Left arrow Go Back

‘GĦERUQNA’ - MUSICAL ORIĠINALI MALTI LI SE JUŻA L-ISFOND NATURALI TAL-BAJJA TA’ MARSALFORN

pr1144
Date Icon 03/07/2009
Musicaloriġinali bl-isem ta’ ‘Għeruqna’ li ser jittella’ mill-Kunsill Lokali Żebbuġ Għawdex fis-16 ta’ Awwissu f’Marsalforn, ġie mħabbar illum fil-preżenza ta’ Dr Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni.
Dan il-musical għandu kitba tal-Kan. NoelSaliba, kompożizzjoni mużikali tal-Mro Paul Abela u direzzjoni artistika f’idejn is-Sur Ray Mangion. Georgina Abela u J Anvil ser ikunu qed jinterpretaw il-partijiet prinċipali.
L-idea għall-musical nibtet peress li dinis-sena qed tiġi ċelebrata s-Sena Pawlina u għalhekk din il-produzzjoni se titratta episodji mill-ħajja tal-Madonna, patruna taż-Żebbuġ Għawdex, kif ukoll mill-konverżjoni u n-nawfraġju ta’ San Pawl, patrun tal-parroċċa ta’ Marsalforn, 1500 sena wara li seħħ.
Chris Said faħħar l-inizjattiva tal-KunsillLokali taż-Żebbuġ talli daħal b’entużjażmu għal dan ix-xogħol oriġinali Malti, kif ukoll irringrazzja lill-awtur, kompożitur u direttur artistiku li se jkunu qed jagħtu spazju mhux biss lill-artisti stabbiliti f’pajjiżna imma wkoll lil madwar 150 persuna li se jkunu qed jiddedikaw ħinhom b’mod volontarju għat-tħejjija ta’ din l-attività artistika.
Is-Segretarju Parlamentari stqarr ukoll lil-Kunsilli Lokali huma importanti biex jippromwovu t-talent lokali u jkomplu jkattru l-opportunitajiet għall-artisti u għal min iħobb l-arti f’kull ġeneru tagħha fil-lokalitajiet kollha. Apparti hekk huwa ferm tajjeb li nżewqu l-l-professjonalità fl-aspett artistiku fuq livell nazzjonali ma’ dak fil-lokalitajiet.
Għal din il-produzzjoni se jintuża l-isfondnaturali tal-bajja ta’ Marsalforn bil-baħar ikun qed jintuża bħala parti mix-xena. Dan huwa lok ideali għall-musical fis-sajf li se jiġbed lejh l-interess tal-pubbliku u li se jattira kemm nies mil-lokal, kif ukoll dawk li jkunu qegħdin f’Għawdex f’dan iż-żmien tas-sena li l-aktar jattira turisti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow