L-EWWEL KAŻI TA’ SWINE FLU F’PAJJIŻNA [INFLUENZA A H1N1 (V)]
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Mario Galea, qal li tard il-bieraħ bil-lejl ġew konfermati l-ewwel każi tal-Influenza A H1N1 (v) f’pajjiżna.
Bħalissa hemm 2 każi li huma kkonfermati. Iż-żewġ persuni huma Maltin, u kienu fuq btala fi Spanja. Huma kienu parti minn grupp ta’ 24 persuna li siefru flimkien u ġew lura Malta nhar it-Tlieta 30 ta’ Ġunju.
| Persuna minn dan il-grupp ħassu ma jiflaħx u | wara li kkunttatja t-tabib instab li kellu s-sintomi tal-Influenza A H1N1 (v). It-tabib informa minnufih lill-awtoritajiet tas-saħħa li ħadu l-passi meħtieġa immedjatament. |
| Tard il-bieraħ filgħaxija ġie | kkonfermat li dan kien każ ta’ Influenza A H1N1 (v). Sadattant persuna oħra mill-istess grupp żviluppat is-sintomi, ġiet swabbed u rriżultat pożittiva għall-influwnza A H1N1 (v). |
| Matul il-lejl u dawn l-aħħar siegħat, | l-awtoritajiet tas-saħħa immedjatament għamlu kuntatt dirett mal-persuni li kienu fil-grupp. Dawn ingħataw l-informazzjoni meħtiega dwar is-sintomi tal-marda. |
| Persuni oħra li kienu f’dan il-grupp u li | rriżulta li għandhom is-sintomi tal-influwenza, diġà qegħdin fi kwarantina d-dar u qed jingħataw il-kura li hemm bżonn. |
| Sal-bierah filgħaxija Malta kienet l-uniku | pajjiż fl-Unjoni Ewropea li ma kellhiex każi konfermati ta’ Influenza A H1N1 (V). |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li ma hemmx każ | ta’ allarm hekk kif pajjiżna jinsab ippreparat skont il-kriterji stabbiliti mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. |
| Is-Segretarjat qiegħed jappella lil kulħadd biex | josserva l-prekawzjonijiet bażiċi li tqassmu permezz ta’ fuljett f’kull dar f’Malta u f’Għawdex. Dawn huma l-ħasil regolari tal-idejn, l-użu ta’ disposable tissues u r-rimi immedjat tagħhom hekk kif jintużaw u wkoll li jekk tħossok ma tiflaħx tibqa d-dar u ma toħroġx. |
| F’każ li qed tissuspetta li għandek is-sintomi, | jew jekk għandek bżonn xi parir jekk se ssiefer ċempel fuq il-helpline 2132 4086 |
| Għal | kumdità ta’ dawk li jużaw il-facebook, is-Segretarjat għandu grupp li fih tista’ ssib l-informazzjoni kollha relatata. |
Kopji tal-fuljett imsemmi qegħdin jitqassmu wkoll fil-padiljun ta’ Malta fit-Trade Fair. Il-fuljett jinsab ukoll online fuq http://www.doi.gov.mt/EN/archive/swineflu/swine%20brochure.pdf
NOTA – L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħarġet struzzjonijiet biex l-influwenza tissejjaħ Influwenza A H1N1 (v), fejn il-kelma v tfisser variant.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984