Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr1128
Date Icon 01/07/2009
L-oppożizzjonitirrifjuta li ssirilha preżentazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA
Il-Gvern jinnota li l-oppożizzjoni għaldarb’oħra qed tirrifjuta li tagħti s-sehem tagħha f’diskussjonijiet u f’riformi importanti li qed isiru fil-pajjiż.
L-oppożizzjoni rrifjutat li jkollhapreżentazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA. L-Oppożizzjoni tul il-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tal-MEPA ma għamlet l-ebda proposta. Madanakollu l-Prim Ministru l-bieraħ fil-Parlament stieden lill-oppożizzjoni biex jekk trid issir preżentazzjoni lill-oppożizzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA.
Il-Prim Ministru stieden lill-oppożizzjoni biexissirilha l-istess preżentazzjoni li saret lill-Kabinett.
L-oppożizzjoni flok aċċettat li ssiril-preżentazzjoni, ħarġet stqarrija li fiha b’mod mill-aktar partiġġjan irrifjutat li jkollha l-preżentazzjoni u rrifjutat li tagħti sehemha f’din ir-riforma importanti.
Il-Gvern jirringrazzja lill-organizzazzjonijiet,għaqdiet mhux governattivi, għaqdiet ambjentali u individwi li taw kontribut fil-proċess ta’ diskussjoni.
Fl-ewwel sena ta’ din il-leġislatura l-Gvernwettaq 20 proċess ta’ konsultazzjoni fosthom dwar il-MEPA, il-liġi tal-kera, l-edukazzjoni, il-bidla fil-klima, l-aġġornament tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart, il-Kunsilli Lokali u diskussjonijiet dwar il-budget.
Illumstess il-Prim Ministru stieden u saret l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar id-dokument ta’ qabel il-budget mal-għaqdiet ta’ min iħaddem u tan-negozji u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.  Għada l-Ħamis se ssir laqgħa mill-Prim Ministru f’Għawdex mal-Kumitat Reġjonali fl-MCESD.
Minkejja li l-oppożizzjoni mhix qed tagħtikontribut kostruttiv u minkejja li issa qed tirrifjuta li jkollha preżentazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA, il-Gvern xorta waħda jibqa’ miftuħ għad-diskussjoni u hu impenjat li jkompli bi proċess wiesgħa ta’ diskussjoni fit-twettieq tal-politika tiegħu fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow