IL-FERGĦA TAS-SALIB L-AĦMAR F’GĦAWDEX TIBBENIFIKA MINN FONDI TA’ L-UE
pr1124
01/07/2009
| Il-Ministru għal | Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono ppreżentat ċertifikati lill-membri tal-fergħa tas-Salib l-Aħmar f’Għawdex, wara li lestew b’suċċess żewġ korsijiet li segwew fl-Italja permezz tal-programmi ta’ mobilità Leonardo Da Vinci għal tagħlim tul il-ħajja. |
| Il-fergħa tas-Salib l-Aħmar f’Għawdex kellha | żewġ għanijiet wara l-parteċipazzjoni tagħha f’dawn il-korsijiet. Wieħed mill-korsijiet huwa dak li titwaqqaf sezzjoni għal appoġġ psikoloġiku fejn jiġu offruti therapeutic clowning, critical incident stress debrief għall-membri ta’ salvataġġ u appoġġ għal dawk li jkunu trawmatizzati. Il-fergħa tas-Salib l-Aħmar u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex laħqu ftehim li jikkollaboraw flimkien biex jibdew jipprovdu dawn is-servizzi fuq bażi reġjonali. F’dan il-proġett ipparteċipaw żewġ impjegati mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u żewġ membri tal-fergħa tas-Salib l-Aħmar f’Għawdex. |
| Il-parteċipazzjoni fil-kors l-ieħor saret | bil-għan li tiġi mwaqqfa sezzjoni tal-HAZMAT f’Għawdex, li tkun tipprovdi diversi servizzi ta’ l-ewwel għajnuna u li tispeċjalizza fuq biohazards u inċidenti minħabba materjali kimiċi. F’dan il-proġett ipparteċipaw 7 persuni – 3 membri tal-fergħa tas-Salib l-Aħmar, 2 mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u 2 oħra mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn intlaqghu mill-Armata tas-Salib l-Aħmar Taljana fejn għal ġimagħtejn ingħataw taħriġ dwar dekontaminazzjoni tal-pazjent, is-sejba ta’ perikli jew riskji, kmand u kontroll fl-użu fost l-oħrajn ta’ maskli tal-gass. |
| Il-Ministru Giovanna Debono faħħret dawn | l-inizjattivi li ttieħdu mill-fergħa tas-Salib l-Aħmar f’Għawdex, speċjalment billi ppromovew u kkoordinaw dawn il-proġetti. Il-Ministru kompliet tgħid li inizjattivi bħal dawn għandhom iservu ta’ xempju għal għaqdiet u organizzazzjonijiet oħra sabiex jiġu offruti aktar servizzi u b’hekk il-komunità tagħna, tkun tgawdi aktar minn kwalità ta’ ħajja aħjar. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984