Left arrow Go Back

Press Releases IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JĦABBRU L-BALLU T’AWWISSU

pr1123
Date Icon 01/07/2009
Il-Community Chest Fund se tieħu ħsieb li żżidfl-attivitajiet matul is-sena u mill-profiti li jħallu nkunu nistgħu nilħqu s-sejħa ta’ dawk li jirrikorru għal dan il-fond filantropiku.’
Dan qalul-President George Abela waqt it-tnedija ta’ The Ball of the August Moon li se jsir fl-1 t’Awwissu fil-Palazz ta’ Verdala.
Waqt lil-President Abela rringrazzja lill-membri kollha tal-Community Chest Fund, spjega li dan il-fond filantropiku ma jistax jibqa’ jiddependi biss mill-Istrina izda jrid ikollu diversi attivitajiet matul is-sena li jħallu profitti li jkopru t-talbiet ta’ għajnuna li dejjem jiżdiedu matul is-sena.
It-talbiet lillum saru jlaħħqu mat-tlett elef fis-sena, qed ikunu tant kbar li dan il-fond mhux qed ikun biżżejjed biex ilaħħaq mad-domanda ta’ individwi jew soċjetajiet.
Tkellem wkolldwar l-Istrina, li qed isiru taħditiet biex din is-sena ssir b’differenza.
Il-Ballut’Awwissu se jimxi fuq l-istess linji ta’ snin ta’ qabel u minbarra l-banda tal-Forzi Armati din is-sena se jkun hemm ‘The Renzo Spiteri Quintet’ b’akkumpanjament tal-kantata Nadine Axisa.
Il-PresidentGeorge Abela ħeġġeġ lil dawk li jixtiequ jattendu biex ma jħallux għall-aħħar peress li dan huwa ballu li jiġbed l-attenzjoni ta’ ħafna għall-fatt li jsir ġol-Palazz majestuż ta’ Verdala waqt serata li l-qliegħ tagħha jmur kollu għall-karità.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow