DISKORS TAL-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI FL-OKKAŻJONI TAĊ-ĊERIMONJA TAL-ĦATRA TAL-KUNSILLIERI LOKALI
PR1117B
30/06/2009
Għeżież Kunsilliera,
| Inħoss li għandi nibda l-indirizz tiegħi f’din | il-ġurnata tant importanti għalikom b’kelma ta’ ringrazzjament. Hija grazzi ġejja mill-qalb…. grazzi tax-xogħol, l-impenn u l-isfidi li dħaltu għalihom sabiex tagħtu servizz ‘senza interessi’ u b’mod volontarju lill-komunità tagħkom u lill-pajjiż. |
| Intom ġejtu eletti tlett ġimgħat ilu | mir-residenti tal-lokalità tagħkom sabiex minn għada u għall-4 snin li ġejjin isservu fil-Kunsill Lokali u tmexxu l-lokalità tagħkom ‘il quddiem. Ir-residenti afdawkom bir-responsabilità li taraw il-lokalità tagħkom tiżvilluppa b’mod sostennibbli. Eleġġewkom biex ittejbulhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom fil-lokalità. |
| Dawn mhux sfidi faċli. Fil-ġranet li għaddew | kelli l-opportunità li niltaqa’ u nitkellem ma’ hafna minnkom u ghalhekk konvint li ser turu l-impenn meġtieġ sabiex tidħlu għal dawn l-isfidi b’enerġija u entużjażmu biex finalment tilħqu l-aspettattivi tar-residenti. |
| L-elezzjoni tagħkom qed tikkonċidi mal-bidu | tal-implimentazzjoni tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Xahrejn ilu, propju f’din is-sala tal-Ambaxxaturi, il-Prim Ministru nieda dokument b’122 deċiżjoni intiżi biex iġeddu l-Kunsilli Lokali f’ pajjiżna wara esperjenza ta’ hmistax-il sena – bi skop ċar li l-Kunsilli Lokali jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti. |
| Matul l-aħħar xahrejn implimentajna aktar minn | 25% fil-mija ta’ dawn il-proposti. |
| Ninsabu wkoll fl-aħħar stadju fil-proċess | Parlamentari biex jiġu approvati l-emendi neċessarji fl-att dwar il-Kunsilli Lokali. Fil-ġranet li għaddew għalaqna l-istadju tat-tieni qari fejn f’disa’ seduti sħaħ tkellmu 33 membru parlamentari fuq dawn l-emendi. Dan jikkonferma l-importanza li qed jingħataw l-Kunsilli Lokali f’ pajjiżna u x-xewqa ċara tal-Parlament tagħna li l-Kunsilli Lokali jiżvilluppaw u jissaħħu. L-istadju tal-kumitat huwa pjanat li jsir matul il-ġimgħa d-dieħla bit-tama li l-liġi tkun approvata mill-istadji kollha qabel il-waqfa għas-sajf. |
| It-tiġdid tal-Kunsilli Lokali mhux intiż biex | noħolqu paġna ġdida iżda biex nibnu fuq is-suċċess miksub fl-aħħar ħmistax-il sena. Permezz ta’ dan it-tiġdid qed nipprovdulkom l-għodda neċessarja biex it-tmun ikun f’idejkom u b’hekk tkunu tistgħu tinnavigaw u taqdfu l’ quddiem b’aktar faċilita’ biex taslu fid-destinazzjoni li nixtiequ lkoll – li jkollna lokalitajiet sostenibbli fejn jingħata l-aqwa servizz lir-residenti. |
| Huwa għalhekk illi intom qed tidħlu għal dan | l-inkarigu fi żmien eċitanti. Dan it-tiġdid irid iwassal biex il-Kunsilli Lokali jilħqu l-milja tagħhom. |
| It-tiġdid irid iwassal biex ikollna Kunsilli | Lokali b’aktar awtonomija – għalhekk qed naħsbu biex ngħaddu aktar responsabiltajiet. Ser naraw kif b’żieda mar-responsabilitajiet eżistenti, tistgħu tippromwovu inizjattivi ta’ politika soċjali fil-lokalitajiet b’ħidma mal-persuni bi bżonnijiet speċjali, mat-tfal u ż-żgħażagħ u fost l-anzjani; kif tistgħu tħarsu l-ambjent rurali u ttejbu l-ambjent urban; kif taħdmu biex tħarsu l-wirt storiku u kulturali, u tippromwovu t-tradizzjonijiet u folklor – f’kelma oħra kif issaħħu l-identità tar-raħal tagħkom; u kif taħdmu fil-qasam edukattiv u tgħinu l-komunità kummerċjali. |
| Dawn ir-responsabiltajiet ġodda jiriflettu b’mod | ċar kemm il-Gvern iħaddan il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dejjem emminna li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fl-eqreb livell possibbli lejn ir-residenti ta’ kull lokalità. |
| Nafu li biex tkunu tistgħu tidħlu għal dawn | ir-responsabilitajiet hemm bżonn li jkollkom l-għodda adegwata. U propju dan li qed nagħmlu. Żidna l-allokazzjoni diretta tal-Kunsilli Lokali bi 17%. Daħħalna fondi speċjali għal diversi inizjattivi. Introduċejna fond biex jgħin lokalitajiet li għandhom ċertu problemi u fuq kollox qed nipprovdu l-għajnuna kollha neċessarja biex il-Kunsilli Lokali jaħtfu kull opportunità li toffri l-UE. Bil-ħolqien ta’ Unit apposta fil-MEUSAC sallum f’sitt xhur il-Kunsill Lokali applikaw għal aktar minn 17–il miljun Ewro fi proġetti. |
| Qed insaħħu wkoll ir-riżorsi umani. Fi ftit | tal-jiem oħra mitt ħaddiem ser jibdew jaħdmu mal-Kunsilli Lokali f’dik li qed tissejjaħ Community Work Scheme. |
| Għodda oħra importanti hija t-taħriġ li jrid | jingħata lilkom li ġejtu eletti u lill-impjegati tal-Kunsill Lokali. Ma nistgħux nippretendu li issa li ġejtu eletti sirtu tifhmu f’kollox – sirtu tifhmu kif isiru t-toroq, sirtu tafu l-liġi u r-regolamenti kollha, sirtu tifhmu fl-accounts. Għalhekk qed ngħatu importanza kbira lit-taħriġ biex tkunu f’pożizzjoni li tieħdu l-aħjar deċiżjonijiet fl-ambitu tal-liġi. |
| Id-dipartiment ħejja taħrig intensiv li ġejtu | mistiedna sabiex tieħdu matul il-ġimgħat li ġejjin. Mistiedna tattendu l-mija u wieħed u sittin Kunsillier eletti tlett ġimgħat ilu. Nappellalkom sabiex ma titilfux din l-okkażjoni li għandha tgħinkom biex tagħtu l-aqwa servizz lil dawk li tawkom il-fiducja tagħhom. |
| Kif enfasizzajt aktar kmieni qegħdin fil-fażi | tal-implimentazzjoni tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Dan kollu qed isir wara proċess twil u wiesa’ ħafna ta’ konsultazzjoni. Iżda dan kollu ma jiswa xejn u ma jistax isir mingħajrkom. Dan it-tiġdid irid jitħaddem minnkom il-Kunsilliera. Intom tridu tkunu l-ixprun tal-bidla. Konvint li ladarba għażiltu din it-triq ser tidħlu għal dan l-impenn b’ħeġġa biex flimkien nassiguraw li l-Kunsilli Lokali jkunu għodda li jagħmlu d-differenza fil-ħajja ta’ kull persuna f’Malta u Għawdex. |
| Nawguralkom minn qalbi ħidma sfieqa fil-lokalità | tagħkom. Ma dħaltux għal biċċa xogħol faċli. Iżda żgur li dħaltu fi żmien mill-aktar interessanti….dħaltu għal sfida li permezz taghħa ser tkunu qed twasslu l-Kunsilli Lokali għal era ġdida. |
| DOI - | 30.06.09 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984