Left arrow Go Back

DISKORS TA’ L-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI FL-INAWGURAZZJONI TAD-DISINJI SKEMATIĊI TAL-PERIT RENZO PIANO GĦAL BIEB IL-BELT, IL-PARLAMENT IL-ĠDID U S-SIT TAT-TEATRU L-IMWAQQA’ FI TRIQ IR-REPUBBLIKA,VALLETTA

PR1110
Date Icon 27/06/2009
Prim Ministru,Mr Speaker, Kollegi Membri, Sinjuri,
Ninsabu fi Triq ir-Repubblika. Din hi t-triq litiġbor fiha il-memorja u l-identità tagħna bħala nazzjon.
Isfelnett, f’tarf il-penisola, Sant’Iermu: wirt traskurat iżda m’hux minsi li qed nirrestawraw u se niftħu fis-snin li ġejjin. Dan hu x-xhud ta’ l-Assedju l-Kbir: il-battalja għall-fidi u l-identità Ewropea li tmiemha fassal id-destin tagħna; il-gwerra li ġġustifikat il-bini ta’ din il-Belt, mibnija l-ewwel bħala fortizza għassa u dejjem lesta għal kull theddida oħra għall-għażla u l-missjoni Ewropea ta’ din il-gżira.
Din hit-triq tal-Katidral ta’ San Ġwann: l-isbaħ fost it-tempji s-sbieħ ta’ Malta, teżor t’arti u arkitettura; iżda aktar minhekk il-post fejn ir-Repubblika tagħna b’umiltà tiltaqa’ minn żmien għal żmien mal-fidi ta’ dan il-poplu u mal-kuxjenza tagħna.
It-triq tal-Bibjoteka Nazzjonali u l-wirtdokumentat li jirrakonta l-istorja tagħna; it-triq tal-Qrati li jipproteġu jeddijietna mill-iżbalji tal-friegħi l-oħra ta’ l-istat u li jroddu ġustizzja lil min ħaqqu għaliha.
It-triq tal-Palazz: hu wkoll teżor t’arti uarkitettura, il-qalba ta’ kapitali u d-dar tal-President li f’persuntu jirrappreżenta l-għaqda tan-nazzjon – ġojjel li ma jistax jibqa’ bini magħluq ħlief għall-amministraturi, iżda jiftaħ il-bibien tiegħu għal kulħadd.
Din hit-triq li bir-raġun tagħmilna kburin bl-imgħoddi tagħna u tgħabbina bir-responsabbiltà tal-wirt ta’ qabilna.
Din hit-triq ukoll tad-daħla għall-Belt Valletta. Id-daħla li għandna llum m’hix denja ta’ din il-Belt. Frott il-ħidma ta’ l-għadu, u l-iżbalji tagħna stess, id-daħla tal-Belt hi l-ħolqa l-aktar dgħajfa f’dan il-fus fin-nofs tal-Belt Valletta.
Ilnasittin sena niddiskutu x’għandu jsir. Wasal iż-żmien li nieħdu d-deċiżjonijiet m’hux biss biex insewwu u biex ngħattu d-dnubiet iżda biex nissodisfaw ir-responsabbiltà tal-ġenerazzjoni tagħna li aħna wkoll inħallu xhieda ta’ żminijietna.
Id-dibattiti li kellna kienu fuq fejn jistrieħil-bilanċ bejn il-qima li hu xieraq li nagħtu lill-imgħoddi, u l-umiltà li biha rridu nħallu wirt lill-ġejjieni; il-bilanċ bejn għażliet arkitettoniċi li ma jistonawx mal-kuntest tagħhom u li fl-istess waqt ma jinħbewx f’anonimità u mistħija li fil-futur ta’ warajna ma tkun tfisser xejn.
Huprivileġġ għalija li nassisti lill-Prim Ministru fil-ħsieb u fil-għemil ta’ dawn id-deċiżjonijiet.
Fil-proġetti li se ninawguraw illum hemmil-memorja u l-identità ta’ dan in-nazzjon.
Fid-daħla tal-Belt hemm il-qawwa u l-kuraġġ ta’difiża militari. Is-swar tal-Belt u s-swar tal-bliet l-oħra Maltin ma nbnewx biex jagħmlu sabiħ. Inbnew biex ipattu għall-vunnerabilità ta’ poplu li bata, misruq u msawwat minn pirati u agressuri. Inbnew biex jipproteġu lill-poplu tagħna mill-għadu. Dawk li ħadmu u ħallsu għal dawn is-swar kienu dawk li għexu, il-ftit fost il-ħafna li mietu jew li ttieħdu biex spiċċaw għomorhom fil-jasar. Il-Bieb il-ġdid tal-Belt ma jridx jaħbi s-swar, iżda jrid ifakkarhom b’dak kollu li jfissru.
Fid-daħla tal-Belt hemm l-isfreġju u r-rovinata’ għadu li qatel u kisser u tefa’ l-għodda tal-mewt m’hux biss fuq il-fabbriki, u fuq it-tarzni u fuq il-kanuni, iżda fuq id-djar u fuq il-postijiet fejn il-Maltin kienu jgħarrfu lilhom infushom f’ħajja ta’ komunità.
It-teatru l-imwaqqa’ m’hux sit battal, xgħirtajjeb għall-iżvilupp. Hu tifkira ta’ pajjiż li fiċ-ċokon tiegħu ried jiddeverti u fil-faqar tiegħu ried ikun kolt. Is-sovranità m’hix magħmula biss mill-istituzzjonijiet u l-liġijiet. Il-ġid m’hux magħmul biss mix-xogħol u mill-produttività. Is-sovranità u l-ġid huma wkoll il-kultura li ma trid iżżid ebda valur ħlief il-valur tagħha stess. Ir-rovini tat-Teatru Rjal huma monument ta’ l-aspirazzjonijiet kulturali ta’ pajjiżna meta kien ifqar u kien iċken qalb il-ġnus tad-dinja u xorta ried jgħix ħajja sħiħa. Iżda huma wkoll tifkira ta’ meta kien hemm min ried iħassar il-kuraġġ u jitfi l-identità tal-Maltin m’hux biss billi jġiegħlhom ibatu l-ġuħ iżda jbatu wkoll l-għatx tal-kompletezza tal-ħajja li jagħtu l-mużika, it-teatru u l-arkitettura.
Hugħalhekk li ma nistgħux inkasbru jew inħassru r-rovini tat-Teatru Rjal. Huma monument ħaj ta’ dak li għaddew minnu missirijietna.
Hugħalhekk li d-daħla tal-Belt ħaqqha terġa’ tkun l-ewwel merħba artistika u kulturali għall-Maltin u min iżurhom.
Fid-daħla tal-Belt hemm fetħa li ġietmit-tneħħija tar-radam tal-gwerra. Dik hi fetħa li qatt ma kienet intenzjonata u qatt ma ħadmet bħala pjazza li tlaqqa’ lin-nies f’ħajja ta’ komunità. Dak hu misraħ li m’għandu xejn min-nobbiltà tal-Belt ħlief l-isem nobbli ta’ Misraħ il-Ħelsien, sal-lum parkeġġ.
FuqMisraħ il-Ħelsien irridu nibnu l-Bini tal-Libertà tal-Maltin. Għax mill-wirt kollu li ħallewna ta’ qabilna, l-aktar siewja u l-aktar maħbuba hi l-libertà. Il-Parlament ta’ Malta s’issa dejjem iltaqa’ f’bini misluf. Il-problema ta’ dan m’hux tant li l-Membri m’għandhomx fejn jaħdmu jew fejn jiltaqgħu jew fejn jiddibattu. Dawn huma problemi prattiċi u loġistiċi li għalkemm veri huma sekondarji. Iżda hi problema akbar li dan hu poplu li m’għandux bini li jgħix u jħares b’dinjità il-wirt tal-jedd tagħna li nagħżlu ‘l min imexxina u li ma nħallux li jsiru f’isimna deċiżjonijiet wara bibien magħluqa u moħbija.
Missirijietna bnew dawn is-swar u dawnil-fortizzi biex isalvaw ġildthom; bnew dawn il-knejjes biex isalvaw irwieħhom; bnew dawn il-palazzi u dawn id-djar biex jistkennu u jitkabbru bil-ġid li kienu kapaċi joħolqu. U dawn kollha ħallewhomna. Xieraq li aħna kburin b’dan il-wirt. Iżda missirijietna rreżistew l-assedji u ħallsu biex jinbena dan il-bini b’riżq l-aspirazzjoni vera tagħhom: li jgħixu fejn isaltan id-dritt u fejn il-ħakkiema huma l-qaddejja, m’hux is-sidien, tagħhom.
Hugħalhekk li hu xieraq li jkollna bini ġdid tal-Parlament f’din it-triq li tixhed l-identità ta’ pajjiżna. Din hi r-responsabbiltà tal-ġenerazzjoni tagħna u dan hu l-wirt li rridu nħallu ‘l ta’ warajna.
Il-periti u l-artisti jitqabbdumill-ġenerazzjonijiet ta’ żmienhom biex bis-sengħa tagħhom ikunu x-xhieda fil-futur tal-messaġġ li riedu jibgħatu lil uliedhom. F’din il-Belt naqraw it-tama u r-rieda ta’ missirijietna mibdula f’bini maħsub u maħluq mill-iprem periti u artisti ta’ dawk iż-żminijiet. Din hi l-Belt iffirmata minn Laparelli, Cassar, Carapecchia, Ittar, Floriani, Barry u oħrajn.

U l-ġenerazzjoni tagħna qabbdet lil Renzo Piano biex uliedna jiftakruna u jiftakru x’ridna nħallulhom: pajjiż fejn issaltan il-libertà u fejn id-drittijiet tal-bnedmin huma l-ogħla valur. Il-ġenerazzjoni tagħna bi kburija u b’kompetenza trid tirrestawra u tippreserva l-wirt ta’ qabilna; iżda b’umiltà u b’tama trid tħalli ‘l ta’ warajha wirt ġdid biex uliedna jgħożżuna talli raddejnilhom Belt isbaħ u aħjar milli ħallewna ta’ qabilna.

Grazzi.

DOI – 27.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow