Il-PRESIDENT TA’ MALTA IZUR IL-FONDAZZJONI OASI F’GHAWDEX
PR1108
27/06/2009
| Il-President George Abela | illum ghamel zjara lil Fondazzjoni OASI, f'Ghawdex. Mal-wasla tieghu kien milqugh mill-fundatur u direttur tal-Fondazzjoni OASI, Dun Manwel Cordina. Kien hemm ukoll prezenti l-bord tad-diretturi li spjegaw il-hidma tal-Fondazzjoni fil-qasam ta' kura u prevenzjoni mill-abbuz ta' droga u alkohol. |
| Il-President Abela iltaqa' | dirett mar-residenti tal-OASI fejn kull wiehed u wahda kellhom ic-cans jitkellmu dwar l-esperjenza li wasslithom sabiex jirrikorru ghall-ghajnuna ta' l-Fondazzjoni. Il-President inkoraggixxa lil dawn ir-residenti sabiex iharsu l-quddiem u jhallu l-passat warajhom. Awguralhom li dan il-programm jerga jressaqhom lejn is-socjeta bhala persuni godda, b'identita u b'determinazzjoni fejn iridu jaslu. |
| Dun Manwel Cordina | irringrazzja lil President George Abela, u esprima kemm zjara bhal din thalli impatt posittiv u ta' inkorragiment fuq ir-residenti. |
| Il-Fondazzjoni tahdem kemm | fuq il-lat preventiv tal-problema ta' abbuz minn alkohol u droga, kif ukoll fuq rijabilitazzjoni ta' persuni milquta minn dawn il-problemi permezz ta' staff imharreg professjonalment dwar is-suggett. L-OASI tippromwovi rijabilitazzjoni permezz ta' emfasi fuq il-lat psikologiku, spiritwali u socjali tal-persuni milquta mill-problema ta' dipendenza fuq alkohol u droga. |
DOI – 27.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984