L-IMNARJA U L-FESTA TAL-FENEK - NHAR IL-ĦADD 28 U T-TNEJN 29 TA’ GUNJU
PR1107
27/06/2009
| Matul dawn il-jiem pajjiżna | jiċċelebra l-festa tradizzjonali tal-Imnarja. Din is-sena, flimkien mas-Soċjeta’ Agrarja, il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, permezz tal-kampanja ‘Naturalment Malti’, qiegħed ikabbar din il-festa tradizzjonali. Flimkien ma’ dak li tradizzjonalment iseħħ fil-Buskett fil-ġranet tal-Imnarja, nhar il-Ħadd 28 ta’ Ġunju mis-18.30 ’il quddiem se tittella’ wkoll il-festa tal-fenek. |
| Il-festi ta’ kull xahar li | jippromwovu l-prodott frisk lokali qed ikunu dejjem aktar popolari u kien għalhekk li fl-okkażjoni tal-Imnarja, il-Ministeru ħass li għandu jorganizza l-festa tal-fenek flimkien mal-attivita’ agrikola li titella’ fil-Buskett matul il-ġranet tal-Imnarja. |
| Għaldaqstant il-pubbliku | nġenerali huwa mħeġġeġ sabiex jattendi għal dawn l-attivitajiet li jibdew il-Ħadd bid-defile tal-karrettuni li jitlaq mis-Saqqajja sal-Buskett mis-18.30 ’il quddiem li jsegwi b’serata ta’ għana, sfin folkloristiku, kif ukoll ikel tradizzjonali Malti, partikolarment riċetti bil-fenek, bebbux, bigilla u dak kollu li hu tradizzjonali u folkloristiku. Ma jonqsux ukoll fil-festa tal-Imnarja wirjiet tal-annimali, u wirjiet ta’ frott u ħaxix liema prodotti lokali se jkunu ukoll għall-bejgħ. |
| Din l-attivita’ tintemm it-Tnejn | 29 ta’ Gunju, kmieni wara nofs in-nhar, bil-preżentazzjoni tat-trofei lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet mill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr George Abela, fil-preżenza tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino. |
DOI – 27.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984