Left arrow Go Back

A H1N1 - PREKAWZJONIJIET GĦAL MIN SE JSIEFER

PR1105
Date Icon 27/06/2009
Għalkemm l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjaratstat ta’ Pandemija mill-virus Influenza A (H1N1), ma saret l-ebda restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar bejn pajjiż u ieħor.  Minħabba l-fatt li l-virus qiegħed jinfirex ma’ ħafna pajjżi madwar id-dinja u s’issa hemm aktar minn 100 pajjiż effettwat, id-Diviżjoni tas-Saħħa tħoss li għandha għal darba oħra tfakkar lil dawk kollha li ser jivvjaġġaw dwar miżuri ta’ prekawzjoni li huma rakkomandati.
Huprudenti li min iħossu ma jiflaħx ma jsifirx għax ikun ta’ riskju għalih u għal ħaddieħor.
L-influwenza tinfirex minn persuna għal oħrapermezz ta’ għatis jew sogħla jew permezz ta’ kuntatt dirett jew indirett ma’ secretions respiratorji ta’ persuni infettivi.  Għalhekk wieħed jista’ jnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-influwenza billi jieħu ċertu prekawzjonijiet bħal ħasil tal-idejn, jgħatti ħalqu u mnifsejħ b’tissue kull meta jisgħol jew jagħtas, jevita li joqgħod imiss għajnejħ, imnieħru jew ħalqu.  Wieħed għandu wkoll jevita kemm jista’ jkun positijiet magħluqa jew kuntatti ma peruni li jistgħu jkunu morda.
Jekkwieħed iħossu ma jiflaħx waqt li jkun imsiefer ma għandux joħroġ u għandu jsejjaħ għal viżta ta’ tabib.  Ħadd ma għandu jieħu l-mediċina Tamiflu jekk mhux fuq ordni ta’ tabib
Sintomi tal-Influwenza A H1N1 jistgħu jinklududeni, sogħla, ħruq fil-griżmejn, flissjoni, uġiegħ fl-għadam, uġiegħ ta’ ras, bard u għeja.
Jekkwieħed jiżviluppa deni ’l fuq minn 37.5oC (100oF) u sintomi tal-influwenza fi żmien sebghat ijiem minn meta jiġi minn post affetwat bl-inlfuwenza A (H1N1) ghandu jkellem lit-tabib tiegħu jew iċempel fuq 2132 4086.

DOI – 27.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow