STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
PR1103
26/06/2009
| B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa mill-Kelliem | tal-Oppożizzjoni Leo Brincat. |
| Il-Gvern, għax konxju mill-fatt li pajjiżna | ma setgħax jaffordja li jibqa’ jitfa’ l-iskart fil-landfill: |
| - Fl-2001 ħoloq strateġija dwar l-immaniġġjar | tal-iskart solidu f’pajjiżna |
- Waqqaf il-kumpanija WasteServ Malta Ltd. fl-2003 sabiex timplimenta din l-istrateġija
| - Għalaq il-miżbliet mhux ikkontrollati | kollha sal-2004, fosthom dawk fil-Magħtab u l-Qortin - - Fetaħ engineered landfills f’Taż-Żwejra u fl-Għallis fl-2004 |
| - Beda pjan sabiex jinġabru l-gassijiet minn | ġol-muntanja fil-miżbla mhux ikkontrollata tal-Magħtab hekk kif ingħalqet, u sal-2007 kien bena impjant (RTO) biex dawn il-gassijiet jiġu trattati |
| - Inbena u beda jopera fl-2007 inċineratur | ġdid fil-Marsa għall-skart tal-annimali, skart farmacewtiku kif ukoll dak tal-isptarijiet. |
| - Investa b’mod sħiħ fl-immaniġġjar | tal-iskart, tant li pajjiżna beda jonfoq mas-€6.5 Miljun fl-operat ta’ landfill fis-sena b’kuntrast mal-madwar €300,000 li kienu jintefqu fl-1996 |
| - Immodernizza l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ | Sant’ Antnin, li għamel possibbli l-ħolqien tal-Bring in sites u l-iskema Irriċikla t-Tlieta |
| - Dawwar miżbliet antiki f’Civic Amenity | Sites, kif ukoll inħoloq pjan b’Fondi Ewropej biex miżbliet magħluqa jinbiddlu f’parks |
| - Fl-2009 niehda perijodu ta’ konsultazzjoni | pubblika dwar l-ewwel reviżjoni tal-istraġija nazzjonali għall-immaniġġjar tal-iskart solidu f’pajjiżna li għandha twassal biex pajjiżna jiġġenera aktar enerġija nadifa mill-iskart. |
| F’dan kollu l-Oppożizzjoni kienet dejjem | kontra, saħansitra l-Mexxej attwali tal-Oppożizzjoni kien għamel kruċjata kontra l-impjant ta’ Sant Antnin u prova jtellef il-fondi Ewropej milli jiġu f’pajjiżna sabiex isir l-investiment meħtieġ. Ta’ min jghid li kieku l-infrastruttura li ried joħloq il-Gvern f’dawn l-aħħar snin ma sabitx l-oppożizzjoni li sabet, kieku impjanti bħal dak ta’ Sant’Antnin u dak f’Għawdex ilhom li bdew jaħdmu biex ikomplu jnaqqsu l-iskart li jmur fil-landfill. |
| Turija tal-impenn serju tal-gvern li | jitnaqqas l-iskart li jmur fil-landfill huwa bħala eżempju, li kif l-Impjant ghat-Trattament Mekkaniku (l-MTP) u d-Digestors f’Sant’Antnin jibda jopera, dan għandu jilqa’ mal-35,000 tunnellata ta’ skart muniċipali fis-sena. Dan għandu jonqos kollu kemm hu mill-landfill u minnflok tinħoloq l-enerġija minnu (permezz ta’ RTO). Il-fdalijiet jgħaddu minn proċess sa kemm isiru kompost. Dan ghadu ma bediex għax il-proċċess twal minħabba l-oppożizzjoni li kien hemm meta l-impjant kien ser jiġi mmodernizzat. |
| L-istess għall-Faċilita’ tal-Iskart Goff u | għall-Waste Transfer Station fil-gżira ta’ Għawdex. Il-faċilita’ għall-iskart goff issa ser tinfetaħ dalwaqt filwaqt li l-Waste Transfer Station ħargilha l-permess mill-MEPA ix-xahar li għadda, wara snin ta’ problemi u battibekki li fl-aħħar mill-aħħar ma kienu jsarrfu f’xejn ħlief f’ostakli b’intenzjoni politika warajhom. |
| Apparti dan, il-proposta ta’ inċineratur hi | intiża sabiex dan ikun qed jilqa’ biss dak li jissejjaħ RDF (refuse derived fuel), jiġifieri plastik u materjal ieħor li tista’ tingibed l-enerġija minnu u li mhux tajjeb għar-riċiklaġġ. L-għan, ghalhekk, huwa li tinħoloq l-enerġija mill-iskart minnflok ma’ dan imur fil-landfill u jiehu spazju prezzjuz. |
| L-Onorevoli Brincat li ilu fil-qasam politiku | għal-ħafna snin, immissu jaf aħjar kif għandha tkun politika serja bbażata fuq sustanza u mhux fuq kliem fieragħ. |
| Sal-lum l-Oppożizzjoni għadha ma resqet l-ebda | proposta konkreta fuq kif pajjiżna jista’ jasal sabiex jilħaq il-miri li dan il-gvern stess istabilixxa, dik li pajjiżna jasal fi stat ta’ zero waste. Il-politika serja tal-Gvern għandha twassal sabiex f’Malta għad irridu naslu fi stat fejn l-iskart kollu li nipproduċu jrid jiġi sseparat u trattat b’xi mod jew ieħor, billi jigi rriċiklat, tinħoloq l-energija minnu jew inkella jsir il-kompost minnu. Fl-engineered landfills, imbagħad, jidħol biss dak l-ammont zgħir ta’ residwi li jibqa’ wara t-trattament meħtieg ta’ dan l-iskart. |
| Huwa ta’ għajb għall-Oppożizzjoni li tinsab | dejjem lesta li tmaqdar, tilgħab bil-kliem u għall-gallarija u tonqos dejjem milli toħroġ b’proposti. |
DOI – 26.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984