ĦRUĠ TA’ ‘STOCKS’ TAL-GVERN – ĠUNJU 2009
PR1101
26/06/2009
| Kien hemm rispons pożittiv mill-investituri | ż-żgħar kif ukoll mill-investituri finanzjarji għall-ħruġ ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern ta’ Ġunju. |
| Sad-dati tal-għeluq (5pm l-Erbgħa 24 ta’ | Ġunju 2009 u nofsinhar l-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju 2009) it-Teżor kien irċieva 1,129 applikazzjoni b’valur totali ta’ ’l fuq minn Ewro 129 miljun meta l-ammont maħruġ kien ta’ Ewro 100 miljun (suġġett għal Dritt li jiżdied l-istock b’massimu ta’ Ewro 20 miljun). |
| Minn dawn l-applikazzjonijiet/offerti | b’irkant it-Teżor aċċetta valur total (nominali) ta’ Ewro 108,367,600 li l-allokazzjoni tagħhom ser issir kif muri hawn taħt: |
| MGS 5.20% 2020(I) FI maħruġ bil-prezz ta’ | 103.50 – Ewro 25,550,400 u |
| MGS 3.6% 2013 (IV) FI maħruġ bil-prezz ta’ | 99.50 – Ewro 82,817,200. |
| It-Teżor javża li l-applikazzjonijiet mill-investituri | ż-żgħar, li laħqu l-ammont ta’ Ewro 19,867,600 intlaqgħu kollha filwaqt li l-offerti li ġew minn investituri istituzzjonali ġew allokati skond il-prezz tal-offerta mitfugħa. |
DOI – 26.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984