AKTAR FAĊILITAJIET B’RISQ EDUKAZZJONI INKLUŻIVA F’GĦAWDEX
PR1094
25/06/2009
| Hekk kif riesqa fi tmiemha | sena skolastika oħra, il-programm ta’ ħidma fl-iskejjel fi ħdan il-Gozo College baqa’ sejjer b’mod regolari u mistenni jkun aktar intensiv fix-xhur tas-Sajf. Dan l-aħħar, ħaddiema fi ħdan it-Taqsima tal-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kienu għaddejjin b’xogħol ta’ ristrutturazzjoni u tisbiħ fis-sala ewlenija tal-iskola primarja ta’ Sannat. |
| Din l-iskola tinkorpora | klassijiet tal-Kindergarten u primarja, fejn tilqa’ studenti mir-raħal ta’ Sannat u l-Munxar kif ukoll l-iSpecial Unit li toffri faċilitajiet lil tfal b’diżabilità li ġejjin mill-irħula kollha ta’ Għawdex. Sezzjoni oħra ta’ din l-iskola toffri spazju għat-tagħlim tal-mużika lil tfal u studenti Għawdxin li japplikaw biex jattendu l-Iskola tal-Mużika f’Għawdex. Għaldaqstant, ix-xogħlijiet marbuta mas-sala tal-iskola kienu jinvolvu pjanijiet li jaqdu l-ħtiġijiet loġistiċi u prattiċi varji ta’ din l-iskola. |
| Id-disinn tas-sala sar minn | għalliem tal-arti fi ħdan il-Gozo College u huwa ispirat minn elementi fl-emblema ta’ dan il-kulleġġ. Żewġ trolleys maħduma mill-ħaddiema tas-sezzjoni, jistgħu jintużaw biex l-ispazju ta’ taħt il-palk jiġi utilizzat biex jinġabar materjal u attrezzatura marbuta ma’ din is-sala, filwaqt li jkunu jistgħu jservu wkoll biex jiġi estiż l-ispazju ta’ fuq il-palk, skont il-ħtieġa. Element ieħor essenzjali li kien jifforma parti minn dawn ix-xogħlijiet, kien ix-xiri ta’ hydraulic lifter li ġie installat fuq in-naħa ta’ wara tal-palk. Dan il-lifter se jiffaċċilità u jtejjeb konsiderevolment l-aċċess għal fuq il-palk speċjalment fir-rigward tat-tfal b’diżabilità. |
| Il-materjal u ż-żebgħa li | ntużaw joffru protezzjoni kontra n-nirien. Inbidlu l-faċilitajiet sanitarji filwaqt li ġew mibdula wkoll is-sistemi tad-dwal u s-sound. Bħalissa qed jitwaħħlu aperturi ġodda filwaqt li se jkunu mibdula wkoll is-siġġijiet tal-udjenza biex b’hekk dan il-proġett ikun qed ikompli il-programm ta’ ħidma li permezz tiegħu, f’dawn l-aħħar tliet snin, ġew ristrutturati u mtejba s-swali fl-iskejjel tax-Xagħra u x-Xewkija. Ta’ min isemmi li dawn is-swali jintużaw ukoll għal okkażjonijiet imtellgħa fl-irħula rispettivi, ankè barra mill-ħinijiet tal-iskola. |
| L-ispiża relatata ma’ dan | il-proġett kienet parzjalment koperta mill-fondi tal-Ministeru għal Għawdex bl-għajnuna ta’ donazzjoni minn Rotary Club Malta. Għajnuna sostanzjali minn din l-għaqda filantropika, kienet dik relatata mx-xiri u l-istallazzjoni tal-hydraulic lifter u sistemi awdjo viżivi. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor | Giovanna Debono, flimkien ma’ uffiċjali mit-Taqsima tal-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, ingħaqdu mas-Sur Simon Bonello, President tar-Rotary Club Malta, u s-Sur Frank Salt, fi żjara f’din l-iskola waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet. Il-Kap tal-iskola, is-Sur Saviour Portelli, spjega kif din is-sala, li x-xogħol fuqha hu mistenni jintemm fil-ġimgħat li ġejjin, se taqdi aħjar il-funzjonijiet kumplessi ta’ din l-iskola. Il-Ministru Giovanna Debono saħqet dwar il-prijorità li l-Ministeru għal Għawdex jagħti lill-qasam edukattiv, b’mod speċjali fir-rigward ta’ ambjenti akkoljenti li joffru sigurtà u aċċessibilità għat-tfal u studenti li jattendu l-iskejjel f’Għawdex. |
DOI - 25.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984