NUMRU TA’ BAJJIET B’SERVIZZ TAL-OGĦLA LIVELL – IL-BAJJA TA’ SAN ĠORĠ TIKSEB IL-BLUE FLAG GĦALL-EWWEL DARBA
PR1092
25/06/2009
| “Il-bajjiet tagħna għandhom | importanza strateġika fl-offerta turistika tagħna u l-kisba tal-Blue Flag fil-Bajja ta’ San Ġorġ u taċ-Ċertifikat għall-perched beach ta’ Buġibba hu sinjal ċar u b’saħħtu tal-impenn tal-Gvern sabiex b’mod kontinwu jkompli jinvesti fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna.” |
| Is-Segretarju Parlamentari | għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco qal dan waqt attività fejn matulha, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) ingħatat il-Blue Flag għall-bajja ta’ San Ġorg mill-Blue Flag International. Huwa qal li minn stħarriġ regolari li tagħmel l-MTA, aktar minn nofs miljun turist jgħid li jiġi fostna minħabba x-xemx u l-baħar, u dan ifisser li rridu nkomplu naħdmu sabiex dan l-aspett tal-prodott turistiku tagħna jibqa’ jissaħħaħ. |
| Huwa kkummenta wkoll fuq dak | li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa f’Golden Bay, fejn żewġ tfajliet barranin kienu salvati mill-persuni responsabbli għas-Servizz ta’ Lifeguard fuq il-bajja, ipprovdut mis-Soċjetà Nazzjonali tas-Salvataġġ u li huwa ffinanzjat kompletament mill-MTA. “Huwa dan li qed nipprovaw inwettqu fl-iktar bajjiet popolari – servizz effiċjenti u tal-ogħla livell li permezz tiegħu noffru serħan il-moħħ,” żied Dr de Marco. |
| Is-Segretarju Parlamentari | għamel referenza għall-aħbar riċenti li l-ilma tagħna huwa fost l-aqwa fl-Ewropa f’dik li hi ndafa u iġjene, fejn ir-rapport annwali tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm wera li Malta kellha compliance rate ta’ 98.9 fil-mija – l-aħjar rata minn meta din bdiet titkejjel fl-2004. Hu sostna li dan ifisser li għandna naħdmu sabiex is-37 bajja ramlija u kif ukoll il-31 bajja tal-blat li għandna f’Malta u Għawdex nibqgħu nħarsuhom u nindukrawhom għax huma fiċ-ċentru tal-offerta turistika tagħna. |
| Dr de Marco wera | s-sodisfazzjon tiegħu li għall-ewwel darba f’pajjiżna, issa għandna bajja li għandha l-full Blue Flag Status. Dan ifisser li pajjiżna huwa wieħed mis-38 pajjiż madwar id-dinja li għandu bajjiet fl-iprem livell ta’ kwalità. |
| “Fuq nota pożittiva, irid | jingħad li l-bajja ta’ Buġibba – il-perchedbeach – din is-sena reġgħet kisbet il-Blue Flag Certificate, filwaqt li Golden Bay ingħatat iċ-Ċertifikat ta’ Bajja ta’ Kwalità (Beach of Quality). Dawn it-tliet bajjiet huma t-tliet bajjiet minn erbgħa li huma mmaniġġjati mill-Awtorità tat-Turiżmu. Ir-raba’ bajja li bdejna nimmaniġġjaw hija dik tal-Għadira, filwaqt li l-MTA se tkun qed tiffinanzja s-servizz ta’ Lifeguard f’Għajn Tuffieħa li hija mmaniġġjata mill-Fondazzjoni GAIA.” |
| Dr de Marco temm jgħid li dawn | ir-riżultati miksuba huma frott tad-diversi snin ta’ ħidma u ppjanar mit-Taqsima tal-bajjiet fi ħdan id-Direttorat tal-Iżvilupp tal-Prodott tal-MTA. L-għan kien dejjem dak li min juża dawn il-bajjiet – kemm Maltin u kemm barranin – ikun jista’ jagħmel dan f’ambjent organizzat, b’ċerti livelli ta’ sigurtà u billi jingħata informazzjoni dwar il-post. |
| Ir-rappreżentant tal-Blue | Flag International f’Malta, is-Sur Vince Attard minn Nature Trust, ta dettalji dwar il-kriterji tal-Blue Flag li jfissru aktar sigurtà bil-preżenza ta’ lifeguards matul il-jum, il-ġimgħa kollha, b’apparat adegwat, klinika, l-ittestjar tal-kwalità tal-ilma fuq bażi regolari, separazzjoni tal-iskart fuq il-post, aċċess adegwat għall-persuni b’abilitajiet differenti, latrini pubbliċi, il-preżenza ta’ beach supervisor u beach cleaners li jkunu fuq il-post il-ġimgħa kollha, pannelli ta’ informazzjoni dwar il-bajja u dwar l-ambjent naturali tal-post; u kif ukoll numru ta’ attivitatjiet edukattivi ambjentali kull sena. |
| Is-Sur Attard spjega li | l-bandiera tingħata wara numru ta’ snin li bajja tkun immaniġġjata tajjeb u b’mod konsistenti, bi kwalità tal-ilma tajba u l-infrastruttura meħtieġa. Irid jingħad li l-applikazzjoni biex bajja tingħata l-bandiera trid issir kull sena u l-Foundation for Environmental Education (F.E.E.) timmonitorja b’mod frekwenti u kostanti l-andament minn sena għal sena. Hu qal ukoll li l-bandiera l-Blu tittajjar fuq il-bajja meta l-kriterji kollha huma osservati. Meta għal xi raġuni dawn ma jkunux, il-bandiera trid titniżżel. Is-Sur Attard semma wkoll li Golden Bay għanda ċ-ċertifikat tal-Bajja ta’ Kwalità. Dan jingħata mir-rappreżentanti lokali tal-Blue Flag, u jfisser li l-immaniġġjar tal-bajja huwa wieħed tajjeb imma li ma jolqotx il-kriterji kollha tal-Blue Flag. |
| Fit-tmiem tal-attività huwa | ppreżenta lil Dr de Marco u lis-Sur Sam Mifsud, Chairman tal-MTA, bil-bandiera għall-Bajja ta’ San Ġorġ, iċ-Ċertifikat Blue Flag għall-Bajja ta’ Buġibba u bil-Beach of Quality Certificate għall-Golden Bay. |
DOI – 25.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984