Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru gĦall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni

PR1084
Date Icon 23/06/2009
Il-Partit Laburista qed iqarraqbil-fatti
Il-Gvern ma joqgħodx jistenna lill-PartitLaburista biex jinvesti. L-investiment fil-Korporazzjoni Enemalta huwa kontinwu.
Għal darb’oħra l-PL irid jiġbed bissis-simpatija politika u jinjora l-miljuni ta’ ewro li qed ikunu investiti f’tagħmir mill-aqwa għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku f’pajjiżna
Il-fatti huma li dak ir-rapport li ħareġfl-2006, huwa l-istess pjan li l-Enemalta qed timplimenta biex ittejjeb il-ġenerazzjoni elettrika fil-pajjiz. L-investiment u l-implimentazzjoni ta’ dak li jissuġġerixxi l-pjan qed isir skond kif ippjanat.

L-Enemalta qed tinvesti fl-aqwa teknoloġija. Iż-żieda fid-domanda hi rrekordjata u hemm marġni ta’ riserva ta’ aktar minn 60MW, meta l-għola domanda tista’ tlaħħaq madwar 430MW. Fil-fatt il-kapaċità taż-żewġ powerstations flimkien hija ta’ 551MW. 

Dan il-pjangħall-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-elettriku jaħseb mhux biss biex ilaħħaq ma’ domanda għall-provista akbar, iżda jaħseb biex l-operat ikun aktar effiċjenti, u jnaqqas l-impatt ambjentali.
Meta kien ippubblikat ir-rapportta’ l-2006, rapport li l-PL qed iħossu komdu jikkwota, l-Enemalta kienet diġa’ bdiet il-proċess għat-tender ta’ l-impjant il-ġdid f’Delimara. Dan l-investiment huwa ta’ €165 miljun. Il-proċess tat-tender u ta’ l-aġġudikazzjoni ħadu fit-tul biex il-proċess ikun trasparenti u kollox isir skond il-liġi. Fil-fatt, il-proċess tant kien trasparenti li ma kien hemm l-ebda appell.
Madanakollu meta ttieħdet id-deċiżjonidwar l-impjant il-ġdid, il-Partit Laburista beda jikkritika biex kemm jista’ jkun jitfa’ l-proċess lura.
L-Impjant il-ġdidse jkun jikkonsisti minn tmien magni, li kollha jifilħu l-full load fi 30 minuta. Barra dawn diga’ hemm ħames turbini tal-gass.
Il-KorporazzjoniEnemalta investiet f’sistema ġdida ta’ monitoraġġ u kontroll fuq is-sistema distributorja msejjħa SCADA u qed tinvesti wkoll fit-tqegħid ta’ interconnector ma’ Sqallija li jippermetti 225MW oħra. Dan se jkollu l-kapaċità li jlaħħaq overload ta’ 810MW għal siegħa.
Dan barra l-investimentfl-istallazzjoni ta’ l-iSmart Meters madwar il-pajjiz kollu u l-implimentazzjoni ta’ Billings  and Customer relationship Management system gdida.
Dan l-investiment qed isirskond il-Pjan għall-Ġenerazzjoni u d-Distribuzzjoni, li hu l-istess rapport ta’ l-2006, ir-rapport li qed jikkwota l-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista dan l-investimentkollu għażel li jinjorah u jgħawweġ il-fatti sempliċement biex ikompli bil-kampanja politika tiegħu u jallarma lill-poplu.

DOI - 23.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow