Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR1077
Date Icon 22/06/2009

Verifika u spezzjonijiet dwar sajd għat-tonn

Spetturi mid-Diviżjoni tal-Kontroll tas-Sajdfil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali llum ikkonfermaw li xi dgħajjes b’kuntratt ma’ farm tat-tonn Malti li dalgħodu kienu involuti f’inċident ma’ xi attivisti mill-Greenpeace, ma kienu qed iġorru l-ebda tonn illegali.
Bħala parti minn programm kontinwu u regolarita’ kontrolli u spezzjonijiet, id-Diviżjoni tal-Kontroll tas-Sajd dalgħodu bagħtet spetturi biex jispezzjonaw żewġ dgħajjes li jservu ta’ supporting vessels, jiġifieri dgħajjes li jassistu fl-operat tal-farms tat-tonn.  Id-Diviżjoni tal-Kontroll tas-Sajd hija impenjata li tara li jkun hawn rispett sħiħ lejn ir-regolamenti dwar is-sajd għat-tonn.
Fl-aħħar xhur kien għaddej eżerċizzju ta’ tisħiħtal-kapaċita’ amministrattiva tad-Diviżjoni bl-ingaġġ ta’ spetturi u uffiċjali oħrajn.  Fil-jiem li għaddew id-Diviżjoni ħadet passi biex ikun żgurat li l-kwota nazzjonali dwar is-sajd għat-tonn tkun rispettata.

DOI - 22.06.09

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow