Left arrow Go Back

JINTEMM IL-PROGRAMM TAL-UE ‘INTERREG IIIA’ PERMEZZ TA’ SEMINAR LI GĦAQQAD LILL-BENEFIĊJARJI MALTIN

PR1069
Date Icon 22/06/2009
L-Onor. Dr, Chris Said, SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, indirizza seminar ta’ informazzjoni li jipprovdi tagħrif dwar 13-il proġett li ġew iffinanzjati mill-programm ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea INTERREG IIIA, ITALJA-MALTA, bejn l-2004 u l-2006, u li ġew konklużi. Il-programm kellu allokazzjoni ta’ madwar €1.5 miljun għall-imsieħba Maltin.
Dan is-seminar qed jgħaqqad 15–ilbenefiċjarju li ħadmu fuq proġetti bi sħab ma’ organizzazzjonijiet minn Sqallija u li temmewhom b’suċċess. L-Interreg IIIA li kien maqsum f’żewġ assi, iffinanzja proġetti li indirizzaw policies ta’ koeżjoni u l-iżvilupp sostenibbli, iffukat fuq territorji cross-border. Il-programm kopra proġetti li ttrattaw l-identità kulturali, it-turiżmu, it-trasport, ir-riżorsi naturali u l-ambjent urban, kif ukoll l-Small and Medium Enterprises fost l-oħrajn.
Il-maġġor parti tal-proġetti finanzjati marrugħal proġetti ta’ natura kulturali u dawk fil-qasam tat-turiżmu. Dan juri l-aspetti komuni li aħna naqsmu ma’ Sqallija u kemm f’ċerta oqsma ż-żewg naħat jistgħu jkomplu jiżviluppaw ir-rabta ma’ xulxin bil-għan li jtejbu dawn l-aspetti, stqarr Chris Said.
Il-benefiċjarji Malti varjaw minnorganizzazzjonijiet pubbliċi għal dawk privati, uħud fosthom huma l-Università ta’ Malta, il-Kunsill Lokali tal-Mosta, Heritage Malta, l-Institute for Tourism Studies, u l-Kunsill Malti tal-Kultura u l-Arti. Dawn ikkollaboraw ma’ organizzazzjonijiet oħra minn 5 provinċji tan-naħa t’isfel ta’ Sqallija.
“Li f’sentejn, jiġifieri mill-2004 u l-2006kellna 13 –il proġett bejn Malta u l-Sqallija, bi 15 imsieħba lokali li pparteċipaw, jawgura tajjeb. Dan kien il-bidu, fejn ħadna l-ewwel passi ta’ tarbija, l-ewwel darba li bdejna ningħataw fondi f’diversi oqsma taħt il-Fondi Strutturali,” sostna Chris Said. Huwa għamel referenza għal uħud mill-proġetti bħal ISIDEM li ttratta studju dwar l-arti moderna u dik kontemporanja kemm ta’ Malta kif ukoll dik ta’ Sqallija. Dan il-proġett offra l-opportunità lil artisti li jingħaqdu flimkien u jesponu x-xogħol tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari sostna li seminarsta’ informazzjoni bħal dan ta’ llum, fejn l-għan tiegħu huwa li jippubliċizza r-risultati miksuba mill-imsieħba Maltin, huwa importanti ħafna għat-tixrid tal-informazzjoni u biex iħalli impatt pożittiv fuq numru ikbar ta’ persuni minn dawk li jkunu ħadmu direttament fuqu. B’dan il-mod l-Ewropa tkun qed tasal iktar qrib iċ-ċittadin fuq livell tanġibbli, saħaq Chris Said..
Il-fondi ta’ madwar €1.5 million servew ukollgħall-kreazzjoni ta’ numru ta’ networks bejn l-imsieħba Maltin u dawk Sqallin, li jistgħu jwasslu għal numru ta’ proġetti kollaborattivi fil-programm ta’ fondi li jmiss. Issa li ntemm b’suċċess il-Programm ta’ bejn 2004-2006 u bl-esperjenza tal-proġetti li akkumulajna, imiss li nħarsu l’quddiem għad-dimensjoni l-ġdida tal-Programm li ġej, li se jkun qed jenfasizza l-aspetti tal-Kompetitivita` u l-Ambjent, qal Dr. Chris Said.
Is-Segretarju Parlamentari Said temm l-interventtiegħu billi faħħar ix-xogħol siewi u ferm importanti tad-Diviżjoni tal-Ippjanar u Prijoritajiet, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li tieħu ħsieb l-immaniġġjar ta’ fondi Ewropej.
DOI –22.06.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow