Left arrow Go Back

INAWGURATA L-AMBAXXATA L-ĠDIDA MALTIJA F’TEL AVIV F’IŻRAEL

PR1067
Date Icon 21/06/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg illum inawgura  uffiċjalment l-Ambaxxata Maltija f’Tel Aviv ġewwa Iżrael. Din l-ambaxxata li qed titħaddem flimkien ma’ dik ta’ Ċipru hija mod ġdid ta’ kif il-gvern Malti qed ikompli jimmodernizza u juża bl-aħjar mod ir-riżorsi tiegħu sabiex ikun iktar viċin tal-Maltin li jgħixu barra minn xtutna.
Din hija t-tieni Ambaxxata li l-Ministru TonioBorg inawgura f’dawn il-jumejn hekk kif il-bieraħ fetaħ ir-Rappreżentanza Diplomatika  f’Ramallah. L-Ambaxxata Maltija f’Iżrael se tkun qed titmexxa mill-Ambaxxatur Malti Abraham Borg.
Il-Viċi Prim Ministru saħaq li l-ftuħ ta’ dinl-Ambaxxata f’Iżrael hija pass ieħor importanti għall-pajjiżna għaliex issa permezz tagħha Malta għandha Missjoni diplomatika b’residenza permanenti f’dan il-pajjiż. Fl-istess waqt huwa fakkar kemm il-Maltin jirrikorru għas-servizz mill-Ambaxxati Maltin barra minn xtutna tant li fl-2008 kien hemm iktar minn 7,400 kuntatt minn Maltin li jkunu qed jgħixu jew jaħdmu barra.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin kompla jgħidli d-diplomatiċi Maltin li servew ta’ ħolqa bejn Malta u Iżrael għamlu ħafna ġid u saħħew ir-relazzjonijiet tajba bejn iż-żewġ pajjiżi. Iżda fl-aħħar snin inħasset il-ħtieġa, iktar u iktar fl-isfond ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani, li din ir-relazzjoni tittieħed fuq livell iktar għoli, dak ta’ rappreżentanza diplomatika residenti fil-pajjiż.
Il-Viċi Prim Ministru enfasizza l-importanza lijkompli jissaħħaħ id-djalogu ma’ Iżrael, u dan sabiex jiġu imsaħħa rabtiet eżistenti fuq diversi bnadi tas-soċjeta’ u fl-istess waqt ikunu analizzati oħrajn ġodda li jistgħu ikunu ta’ ġid għaż-żewġ pajjiżi.
Dr Tonio Borg qal li Iżrael għandu ħafnax’jikkontribwixxi speċjalment fuq materji ekonomiċi, hemm ħafna potenzjali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ opportunitajiet ta’ kummerċ, speċjalment fid-dawl tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Jeżistu possibiltajiet ta’ tisħiħ fis-setturituristiċi, tal-IT, u dak tal-enerġija li tiġġedded, kemm dik solari u dik tar-riħ. Fil-qasam turistiku, l-Ambaxxata f’Tel Aviv iffaċilitat il-mod ta’ kif ikunu indirizzati aġenti u ġurnalisti biex ikun inċentivat it-turiżmu minn Iżrael.
Intant matul il-ġurnata il-Viċi Prim MinistruTonio Borg kellu laqgħat mal-Viċi Prim Ministru Danny Meridor, u mal-President Shimon Peres.

DOI – 21.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow