IKTAR INVESTIMENT FIS-SOĊJETA’ TA’ GĦADA
PR1066
20/06/2009
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet Jason Azzopardi, illum għadda medda art ġewwa l-Wied tar-Rinella fil-Kalkara, lil Assoċjazzjoni tal-iScouts Malta biex tintuża mill-membri tagħha f’attivitajiet li jiġu organizzati. Il-wesa’ ser tkun tintuża bħala post milqugħ u protett fejn it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu attivitajiet relatati mal-iscouting. |
| Din il-medda art | tkopri ‘l fuq minn 600 metru kwadru ta’ art, u qed tgħaddi għand l-iScouts b’kirja ferm imraħħsa mill-valur kummerċjali tagħha. Dan biex tkompli tissaħħah il-politika tal-Gvern li jgħin ‘l għaqdiet non-governattivi li jkunu attivi fis-soċjeta’ tagħna. |
| Dr Azzopardi | fakkar kif din m’hijiex l-ewwel okkażjoni fejn id-Dipartiment tal-Artijiet ikkontribwixxa b’mod konkret lejn l-iScouts lokali. Is-7th Rabat Girl Guides gawdew minn inizjattiva simili iktar kmieni din is-sena u issa għandhom titlu fuq proprjeta’ li kienet tal-Gvern, biex issa tintuża bħala post fejn jitlaqqgħu it-tfal. |
| Waqt l-istess | attivita’ Dr Azzopardi żar medda art oħra li tinsab viċin fl-istess Wied illi f’Ottubru tas-sena l-oħra ġiet mgħoddija lill-Fondazzjoni Genista biex fiha issir afforestazzjoni. |
| Il-mira ta’ dan | il-proġett kien li jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt uman fuq l-abitat naturali ta’ dan il-wied. Permezz ta’ dan il-proġett, il-Fondazzjoni Genista għamlet mill-aħjar biex ma timmodifikax il-bilanċ naturali tas-sit, anzi twaqqaf it-telf ta’ bio-diversita’. |
| Għall-okkazjoni | Dr Azzopardi ħawwel siġra f’dan is-sit biex titfakkar iż-żjara. |
DOI – 20.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984