INAWGURATA R-RAPPREŻENTANZA MALTIJA F’RAMALLAH
PR1063
20/06/2009
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru ta’ | l-Affarijiet Barranin Tonio Borg inawgura uffiċjalment ir-Rappreżentanza Maltija f’Ramallah waqt iż-żjara li huwa qed jagħmel f’dawn il-ġranet fil-Palestina u f’Iżrael. Il-Viċi Prim Ministru għada se jkun qed jinawgura wkoll l-Ambaxxata Maltija f’Tel Aviv f’Iżrael. Dawn iż-żewġ missjonijiet se jkunu qed jitħaddmu b’koperazzjoni diplomatika bejn Malta u Ċipru wara li s-sena li għaddiet iż-żewġ pajjiżi kienu iffirmaw ftehim li permezz tiegħu Malta u Ċipru jaqsmu l-uffiċċji taż-żewġ rappreżentanzi f’Ramallah u f’Tel Aviv. Ir-Rappreżentanza Maltija f’Ramallah se tkun qed titmexxa mis-Sur Alan Bugeja. |
| Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg faħħar din | l-inizjattiva li qed jieħu l-Gvern Malti li jfittex iktar koperazzjoni fil-qasam diplomatiku ma’ pajjiżi oħrajn sabiex isaħħaħ il-preżenza tiegħu fuq livell internazzjonali. Ta’ min isemmi l-frekwenza li biha l-Maltin barra minn Malta jfittxu r-rappreżentanzi ta’ pajjiżhom għal kwalunkwe għajnuna, fejn matul l-2008 kienu reġistrati ‘l fuq minn 7,400 kuntatt bejn ċittadini Malti li jaħdmu jew jgħixu barra minn Malta mal-Ambaxxati jew Konsulati matul dik is-sena. |
| Fi kliem il-Ministru Tonio Borg, il-ftuħ | tal-Uffiċċju tar-Rappreżentanza f’Ramallah, ifisser mhux biss il-konkretizzazzjoni tar-rabtiet storici mal-poplu Palestinijan fl-isforzi tiegħu sabiex iwaqqaf stat sovran, iżda l-preżenza tagħna fil-Palestina se tippermettilna li nsaħħu dawn ir-rabtiet u nfittxu oqsma oħra ta’ koperazzjoni u nesploraw kif, fil-limitazzjonijiet tagħha, Malta tista’ żżid l-għajnuna tagħha lill-poplu Palestinjan. F’dan il-kuntest it-Territorji Palestinjani jitqiesu bhala priorita’ għall-politika Maltija fil-qasam tal-iżvilupp ta’ pajjiżi oħrajn. |
| Għaldaqstant, l-għanijiet prinċipali | tar-rappreżentanzi l-ġodda huma li jiġu stabbiliti u jissaħħu aktar ir-rabtiet mas-socjeta’ Palestinjana u dik Iżraeljana fuq il-livelli kollha, kif ukoll li jagħtu sehem fil-formulazzjoni tal-politika li tikkonċerna r-rabtiet li għandha Malta ma’ Izrael u l-Awtorita’ Palestinjana kif ukoll is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani. |
| Dr Tonio Borg qal li ż-żewġ uffiċċji se jkunu | qed jipprovdu rapurtaġġ tagħhom mill-post fuq is-sitwazzjoni u l-iżviluppi li jsehhu f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess tal-paci, liema rappurtaġġ ikun krucjali. Dan se jkun vitali sabiex Malta tkun tista’ timbotta ’il quddiem il-pożizzjonijiet rilevanti tagħha f’fora internazzjonali, speċjalment fi ħdan l-UE. |
| Intant matul il-ġurnata il-Viċi Prim Ministru | kellu laqgħat ma’ uffiċjali għolja tal-pajjiż, fosthom mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Riyad al-Malki, il-Ministru tal-Ekonomija Dr Basem Khoury, il-Ministru tal-Intern Said Abu Ali u l-Prim Ministru Salam Fayyad. Matul il-jum Dr Tonio Borg żar ukoll il-qabar tal-ex mexxej Palestinjan Yasser Arafat. |
| Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg għada jinawgura | l-Ambaxxata Maltija f’Iżrael. |
DOI – 20.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984