Left arrow Go Back

APPELL MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARU GHALL-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITA’, MARIO GALEA, FL-OKKAZJONI TA’ JUM IL-MISSIER

PR1062
Date Icon 19/06/2009
Apprezzament u ringrazzjamentlill-missierijiet
Jum il-Missier huwa l-Jum li fiħ, aktar minnġranet oħra, għandna nuru apprezzament lejn missierijietna, u nirringrazzjawhom ta’ dak kollu li għamlu għalina, partikolarment matul l-ewwel snin ta’ ħajjitna.
Huwa tajjeb li matul Jum il-Missier niddedikawparti mill-ġurnata biex inżuru l-missirijiet u nuru l-apprezzament, l-imħabba u r-rispett li jixraq lil kull missier. Dan jgħodd b’mod partikolari għall-dawk il-missirijiet anzjani jew  li llum huma residenti f’waħda mid-djar għall-anzjani f’Malta u f’Għawdex.
Il-maġġoranza kbira tal-Maltingħadhom jieħdu ħsieb il-ġenituri anzjani tagħhom b’ċertu għożża u mpenn.  Sfortunatament għad hawn uħud li jabbandunaw lill-ġenituri anzjani tagħhom.  F’dan il-jum iddedikat lill-missirijiet ikun tajjeb jekk naħsbu f’dawn l-anzjani li jgħixu waħidhom.  F’dan il-kuntest tajjeb insemmu wkoll missirijiet bi problemi ta’ saħħa mentali.  Dawn ukoll ibatu ħafna inkluż solitudni minħabba l-istigma li sfortunatament għad hawn fil-konfront ta’ dan il-mard.
F’dan il-kuntest nirringrazzjaw lil dawk lijiddedikaw il-ħin liberu tagħhom u jaħdmu b’risq dawn il-persuni.
Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja ukolllill-ħaddiema kollha fid-djar tal-anzjani u dawk li jaħdmu ma persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li jagħmlu l-ħidma tagħhom b’dedikazzjoni.
Jibqa l-fatt li ebda servizz, kemm tal-Gvern uukoll dak volontarju, ma jista jissosstittwixxi r-rwol tal-familja.
DOI -19.06.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow