Proġett Pilota ta’ Nurture Group fl-Iskejjel Primarji tal-Isla u l-Birgu
PR1058
19/06/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina | żaret in-Nurture Group fl-iskola primarja tal-Isla fejn iltaqgħet ma’ tfal u ġenituri li pparteċipaw u bbenefikaw minn din l-inizjattiva. |
| In-Nurture Group hi faċilita’ li tifforma | parti minn strateġija maħsuba mill-Kulleġġ Santa Margerita biex tassigura l-inklużjoni u mġieba tajba mit-tfal. L-iskop ta’ din l-inizjattiva hu biex tassigura li safejn hu possibbli, t-tfal kollha tal-Kulleġġ ikollhom l-opportunita’ biex regolarment jattendu skola fejn isibu ambjent li jilqagħhom u jippremja l-imġieba tajba tagħhom filwaqt li b’mod effettiv jindirizza problemi ta’ imġieba li tfixkel it-tagħlim tagħhom jew ta’ oħrajn minħabba assenteiżmu jew disturbi gravi. |
| L-ewwel Nurture Group twaqqaf il-Kulleġġ | Santa Margerita f’Ottubru 2008 bħala proġett pilota li implimenta mod alternattiv biex jikkoreġi mġieba mhux aċċettabbli fis-snin bikrin. Hu fatt magħruf psikoloġikament li tfal żgħar issirilhom ħsara irreparabbli jekk f’din l-eta’ ma jkunux jiffurmaw parti minn ambjent san. Din it-teorija tindika li f’sitwazzjonijiet fejn il-familja tat-tifel ma tistax tipprovdi dan l-ambjent san, l-iskejjel għandhom jiżviluppaw programmi li jimlew dan il-vojt biex it-tfal jitgħallmu ħiliet biex jindukraw lilhom infushom u wara jġibu ruħhom aħjar fil-klassi. Dan l-ambjent jissejjaħ Nurture Group. |
| Fil-Kulleġġ Santa Margerita, kull Nurture | Group kien magħmul minn għalliem imħarreġ fil-qasam tad-diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġieba u Learning Support Assistant ta’ esperjenza. Kull grupp kien fih massimu ta’ għaxart itfal tal-Kindergarten sa Year 2. Dawn it-tfal kienu identifikati b’mod xjentifiku, maħruġa mill-klassi normali tagħhom għal madwar nofs il-ġimgħa skolastika u għal kull wieħed u waħda minnhom kien imfassal programm ta’ tagħlim individwali maħsub biex wara t-tfal jirritornaw fil-klassi tagħhom bla tfixkil. |
| Il-programm kien jinkludi ħidma kemm | mal-ġenituri kif ukoll mal-għalliema, tagħrif dwar ikel nutrittiv, attivitajiet interattivi prattiċi, ftit sessjonijiet dwar materjal mill-kurrikulu. Dan kien maħsub biex il-focus ikun fuq il-ħtiġijiet emozzjonali u soċjali tal-parteċipanti. Fil-kumplament tal-ġimgħa, it-team tan-Nurture Group appoġġja l-għalliema attivament fl-iskejjel tagħhom u fi skejjel oħra biex jimplimentaw strateġiji għal imġieba tajba fil-klassi. |
| Iż-żewġ skejjel li ngħażlu għal dan il-proġett | pilota kienu l-Primarja tal-Isla u l-Primarja tal-Birgu. Iż-żewġ skejjel ingħażlu għal dawn ir-raġunijiet: |
· It-tnejn qegħdin f’komunitajiet żgħar;
· It-tnejn għandhom spazju fiżiku biex jinvestu f’kamra speċjali li fiha tilqa’ n-Nurture Group;
· It-tnejn għandhom School Management Team li lest jappoġġja l-viżjoni ċara tar-rwol pastorali tal-iskola biex tilqa’ għall-isfidi tal-komunitajiet rispettivi;
· It-tnejn għandhom bżonn urġenti ta’ dan it-tip ta’ appoġġ minħabba d-diversi tfal b’diffikulta fl-imġieba li qed ikollha effett fuq l-ambjent tat-tagħlim fl-iskola.
| Tnejn u għoxrin (22) tifel u tifla li jattendu | l-Kindergarten, Year I jew Year II ipparteċipaw f’dan il-grupp. Sa tmiem is-sena skolastika, 45% minn dawn marru lura fil-klassi normali tagħhom għax ma kellhomx bżonn aktar għajnuna filwaqt li l-55% kien għad għandhom bżonn xi għajnuna min-Nurture Group li issa tibda tingħatalhom mill-ewwel fis-sena skolastika li jmiss. |
| L-għalliema tan-Nurture Group, barra | milli ħadmu ma’ dawn it-tfal, għenu wkoll l-għalliema biex implimentaw strateġija ta’ mġieba tajba. Waħda minn dawn l-istrateġiji hi magħrufa bħala Circle Time. Sa tmiem is-sena skolastika, 40% tal-għalliema qalu li baqgħu jużaw din l-istrateġija fil-klassi u 50% qalu li baqgħu jużaw iżda mhux b’tant frekwenza. |
| F’kelmtejn li għamlet il-Ministru Cristina uriet | is-sodisfazzjon tagħha għas-suċċess ta’ dan il-proġett u qalet li billi problemi simili jeżistu f’inħawi oħra tal-gżira, din l-inizjattiva issa għandha tkun esportata lejn u adottata minn Kulleġġi oħra. Sostniet li kien ta’ sodisfazzjoni li tkellmet mal-ġenituri tat-tfal li ħadu sehem fil-proġett li lkoll urew is-sodisfazzjon tagħhom għax-xogħol li sar ma’ uliedhom u l-bidla li saret fihom setgħet tkun innotata anke fil-familja. |
| Ta’ min jirringrazzja numru ta’ benefatturi | anonimi li taw il-kċina armata b’kollox, is-sufan u ħafna mill-għamara l-oħra li hemm fil-kmamar tan-Nurture Group tal-Isla u tal-Birgu. Ringrazzjament ukoll lil Dr. Margaret Marwick u lil Rotary La Vallette li qed tgħin din l-inizjattiva b’għotja ta’ €2,000 u riżorsi oħra. |
DOI – 19.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984