Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR1055
Date Icon 18/06/2009
Il-Ministri tal-Asia u l-Ewropajiddiskutu t-tema tas-sigurta tal-energija
Il-Ministru għar-Riżorsi ul-Affarijiet Rurali George Pullicino qiegħed illum jattendi għall-konferenza tal-Ministri tal-Asia u l-Ewropa (ASEM) li qed tiddiskuti t-tema tas-sigurta tal-energija.
Fl-intervent tiegħu l-MinistruPullicino fakkar kif kienet Malta li 20 sena ilu pproponiet is-suġġett tal-bidla fil-klima lin-Nazzjonijiet Uniti. Filwaqt li għal bidu kien qed jinħoloq ftit xettiċiżmu fuq is-suġġett illum kulħadd għaraf l-importanza li kulħadd għandu jaħdem biex tingħeleb din l-isfida mondjali. Il-Ministru Pullicino qal ukoll li l-Unjoni Ewropea qiegħda fuq quddiem nett fl-isforzi tagħħa sabiex tingħeleb din l-isfida tal-bidla fil-klima u li l-pajjiżi kollha għandhom jimxu fuq il-passi tal-Unjoni Ewropea.
F’ Malta, qed tinħoloq aktarkuxjenza favur l-użu ta’ enerġija ġġenerata minn sorsi nodfa. Il-Gvern qed jimpenja ruħu permezz ta’ diversi inizjattivi u kampanji edukattivi sabiex tkompli tinbidel il-mentalita’ favur waħda li ma tinċentivax il-ħela, jitnaqqas il-konsum u jitħares l-ambjent. Il-Ministru Pullicino qal ukoll li hemm bzonn li l-pajjizi kollha jkomplu jagħmlu sfroz kollettiv sabiex bħal ma qed jiġri f’Malta l-konsumatur jifhem l-importanza tal-użu bil-għaqal tal-enerġija għax arja nadifa tissarraf fi kwalita’ ta’ ħajja aħjar għal ġenerazzjoni tallum u ta’ għada.
DOI –18.06.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow