ħaxix u Frott, 5 Trid Tgħodd? …Kul Iżjed Frott u ħaxix Kampanja tal-Frott u l-ħaxix 2009
PR1053
18/06/2009
| Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u | Prevenzjoni tal-Mard qiegħed jagħmel kampanja biex nagħrfu l-importanza tal-frott u l-ħaxix. It-titlu li ġie mgħotti lil din il-kampanja huwa ‘Haxix u Frott, 5 Trid Tgħodd? … Kul Iżjed Frott u Haxix.’ L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa biex il-konsum ta’ frott u ħaxix jiżdied fost il-pubbliku ġenerali. |
| Il-frott u l-ħaxix jipprovdi ħafna benefiċċji | nutrizzjonali kif ukoll benefiċċji għas-saħħa. Il-konsum ta’ varjeta` ta’ frott u ħaxix jagħti lill- ġisem bosta vitamini u minerali. Il-frott u l-ħaxix huma sors tajjeb ta’ fiber u antioxidants (sustanzi li jipproteġu ċ-ċelluli tal-ġisem mill-ħsara). Il-benefiċċji għas-saħħa jistgħu jinkisbu minn frott u ħaxix li jkun frisk, tal-bott, friżat, imsajjar, immerraq jew niexef. Iżda huwa importanti li d-dieta tinkludi varjeta’ ta’ frott u ħaxix minħabba t-taħlita differenti ta’ fiber, vitamini, minerali u nutrijenti oħra. |
| Il-frott u l-ħaxix iridu jagħmlu parti minn | dieta bbilanċjata. Dan minħabba li ġeneralment il-frott u l-ħaxix għandhom livell baxx ta’ xaħam u kaloriji. Dan jista’ jgħin persuna jżomm il-piż it-tajjeb u jippreveni r-riskju ta’ piż żejjed jew l-obeżita`. Il-konsum ta’ varjeta` ta’ frott u ħaxix huwa magħruf li jista’ jilqa kontra ċertu tipi ta’ kanser, puplesija kif ukoll it-tnaqqis tar-riskju tal-mard tal-qalb. |
| Minħabba l-benefiċċji nutrizzjonali u l-benefiċċji | tas-saħħa li jagħtu l-frott u l-ħaxix, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tirrakomanda li wieħed għandu jieħu mill-inqas ħames porzjonijiet kuljum ta’ frott u ħaxix. Iżda nistgħu ntejbu iktar is-saħħa tagħna jekk nieħdu iżjed minn dan l-ammont. Fil-fatt din il-kampanja qeda tippromwovi biex nagħmlu pass iktar il-quddiem u nieklu iżjed mir-rakomandazzjoni tal-ħamsa kuljum. |
| Sfortunatament il-konsum ta’ frott u ħaxix fost | il-Maltin għadu baxx. Skont informazzjoni li nġabret fil-Health Interview Survey (HIS) fl-2008, 44% biss mill-Maltin jieklu żewġ porzjonijiet ta’ frott jew iktar kuljum. Dan in-numru waqa’ drastikament għal 19% għal konsum ta’ ħaxix. Barra minn hekk, 3% u 5% tal-Maltin jieklu inqas minn porzjon wieħed ta’ frott u ħaxix fil-ġimgħa, waqt li 3% tal-popolazzjoni qatt ma tinkludi frott jew ħaxix fid-dieta tagħhom. |
| Il-HIS sab ukoll li ż-żagħżagħ bejn l-etajiet ta’ | 15 u 24 sena jieklu inqas frott u ħaxix meta dawn ġew imqabbla mal-bqija tal-popolazzjoni. Il-konsum ta’ frott u ħaxix fit-tfal ukoll mhuwiex għoli. Fil-fatt, irriċerka tal-Health Behaviour in School Age Children (HBSC) sab li 44% u 16% ta’ tfal ta’ ħdax il-sena jieklu inqas minn porzjon wieħed ta’ frott u haxix kuljum. |
| Dawn l-istatistiċi juru l-bżonn biex it-tagħrif | dwar il-konsum tal-frott u l-ħaxix jiżdied. Dan qiegħed jipprova jintlaħaq permezz ta’ din il-kampanja. Posters u fuljetti ġew ippubblikati bħala parti minn din l-inizjattiva. Dawn jipprovdu gwida prattika fil-ħajja ta’ kuljum biex nilħqu l-ħamsa kuljum jew iktar. Dawn il-fuljetti huma disponibbli għal pubbliku ġenerali. |
+ pr 1053a – Poster Haxix u Frott
+ pr 1053b – Poster Haxix u Frott
+ pr 1053c – Poster Haxix u Frott
+ pr 1053d – Leaflet Haxix u Frott
+ pr 1053e – Leaflet Haxix u Frott
+ pr 1053f – Leaflet Haxix u Frott
+ pr 1053g – Leaflet Haxix u Frott
DOI – 18.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984