Żjara mill-Għaqda Malta-Kuba lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati
PR1044
16/06/2009
| Delegazzjoni tal-Għaqda | Malta-Kuba mmexxija mill-President tal-Għaqda s-Sur Michael Camilleri l-bieraħ għamlet żjara lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onor Louis Galea. |
| Din iż-żjara saret f’serje ta’ | laqgħat li l-Għaqda qed ikollha ma’ persuni distinti bi preparazzjoni għall-parteċipazzjoni tal-Għaqda fil-Brigata Jose Marti li sejra ssir f’’Kuba f’Lulju li ġej. |
| Din hija t-tielet sena li | l-Għaqda Malta-Kuba ser tipparteċipa f’din l-attività annwali li ssir f’Kuba sabiex membri ta’ għaqdiet Ewropej ta’ solidarjetà ma’ Kuba jagħtu l-kontribut tagħhom permezz ta’ xogħol volontarju filwaqt li fl-istess ħin jaraw b’għajnejhom ir-realtà ta’ dan il-pajjiż. |
| Matul iz-zjara tagħhom f’Kuba | l-voluntiera jkollhom l-opportunità li jagħmlu xogħol fl-oqsma tal-agrikoltura u kostruzzjoni, xogħol utli ħafna, speċjalment meta tqis li s-sena l-oħra Kuba ntlaqtet minn tlett uragani li għamlu ħafna ħsara. |
DOI – 16.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984