ħruġ ta’ €100,000,000 ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern
PR1043
16/06/2009
| L-‘Accountant General’ | iħabbar il-ħruġ ta’ €100,000,000 ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern suġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €20,000,000 nhar it-Tnejn 22 ta’ Ġunju 2009 kif ġej:- |
| (i) 3.6% Stock | Tal-Gvern Ta' Malta 2013 (IV) Fungibility Issue, jew |
| (ii) 5.2% Stock | Tal-Gvern Ta' Malta 2020 (I) Fungibility Issue, jew |
| (iii) F’ammonti | miż-żewġ Stocks imsemmija b’valur nominali flimkien ta’ €100,000,000. |
| Il-prezz għal kull stock | għandu jiġi stabbilit tlett (3) iġranet qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet. Il-prezz jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). |
| Din il-ħarġa tagħlaq kif ġej, | jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’ : |
| (i) fil-5.00pm l-Erbgħa 24 ta’ | Ġunju, 2009 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, |
| (ii) nofsinhar il-Ġimgħa 26 | ta’ Ġunju, 2009 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant. |
Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor www.treasury.gov.mt
Aktar tagħrif dwar dawn l-‘istocks’ jinsab fil-prospetti rispettivi tagħhom kif ukoll fuq il-‘website’ tat-Teżor (www.treasury.gov.mt).
DOI – 16.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984