Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR1041
Date Icon 15/06/2009
L-istrateġijatal-Oppożizzjoni hi li tagħmel ħsara lil pajjiżna
Il-kriżi ekonomika u finanzjarjainternazzjonali qed tħalli effett fuq kull pajjiż fid-dinja, inkluż fuq pajjiżna.  Madanakollu bid-deċiżjonijiet għaqlin li ħa l-Gvern Malti fosthom id-dħul tal-ewro u l-investiment f’setturi produttivi, qed iservu ta’ kenn minn din il-kriżi.  Il-Gvern qiegħed jintervjeni wkoll b’mod dirett biex fejn hu possibbli jħares l-impjiegi tal-ħaddiema.
L-istrateġija tal-Kaptal-Oppożizzjoni Joseph Muscat li jesagera l-affarijiet f’pajjiżna għal gwadann politiku tiegħu hi perikoluża ħafna.  Id-diskors tiegħu li jkabbar dak li għaddej minnu f’pajjiżna tista’ toħloq inċertezza bla bżonn fost l-investituri.  Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jkabbar iċ-ċifri tat-tnaqqis fil-GDP.  Għamel dan mingħajr ma bbaża dak li qal fuq il-fatti.  Din mhix politika serja, imma politika li turi opportuniżmu sfrenat.
F’dan il-mument, meta d-dinjagħaddejja minn kriżi u eluf ta’ impjiegi qed jintilfu mal-kontinent kollu, pajjiżna għandu jingħaqad flimkien.  L-Oppożizzjoni għażlet li tilgħab logħba politika partiġġjana.  Għal gwadann politiku tagħha, l-Oppożizzjoni qed tuża diskors li jagħmel ħsara lil pajjiżna bir-riskju li tnaffar investiment li l-Gvern qiegħed jaħdem għalih.
DOI –15.06.2009
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow