Left arrow Go Back

Stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni b’risposta għal stqarrija tal-Kelliem tal-Oppozizzjoni l-Onor.  Stefan Buontempo

PR1032
Date Icon 12/06/2009
It-Tiġdid tal-Kunsilli Lokali jsaħħaħ l-Awtonomijatal-Kunsilli Lokali b’aktar responsabbiltajiet li se jingħataw
L-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern permezz tat-tiġdidhuma intiżi biex il-Kunsilli Lokali jagħtu l-aqwa servizz u jilħqu x-xewqat tar-residenti.
Biex isir dan, qed jitressqu diversi emendi liser jagħmluha possibbli biex il-Kunsilli Lokali jingħatawlhom aktar responsabbiltajiet u awtonomija f’diversi oqsma li sal-lum għadhom f’idejn il-Gvern.
Fost dawn ir-responsabbiltajiet insibu li l-KunsilliLokali:

-                     jippromwovu inizjattivi ta’ politika soċjali fil-lokalitajiet b’ħidma mal-persuni bi bżonnijiet speċjali, ma’ tfal u żgħażagħ bi problemi ta’ illitteriżmu, ma’ anzjani fil-kura fil-kommunità, kif ukoll b’inizjattivi fil-qasam tal-kura preventiva;

-                     iħarsu l-identità lokali u għalhekk jieħdu inizjattivi biex iħarsu l-wirt storiku, kulturali, tradizzjonijiet u folklor; u jorganizzaw attivitajiet kulturali li jippromwovu l-lokalità b’kull mod;

-                     isostnu lill-artisti, mużicisti u sportivi mil-lokal tagħhom biex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw it-talenti tagħhom;

-                     iħarsu l-ambjent naturali u urban, u jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jassiguraw użu aktar effiċjenti tal-energija, immaniġġjar tal-iskart u inizjattivi għat-tħaris tal-klima;

-                     iħaddmu l-kunċett ta’ life long learning, jipprovdu servizz ta’ librerija u jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-iskejjel wara l-ħin tal-iskola;

-                     jipprovdu fejn hemm bżonn child care centres, day centres għall-anzjani u night shelters.

. 

Biex il-Gvern jaċċerta awtonomija sħiħa, diġàżied b’mod sostanzjali l-fondi allokati għall-Kunsilli Lokali u dan sabiex jassigura li dawn ikunu jistgħu jaqdu aħjar il-funzjonijiet tagħhom.
Infatti diġà kien hemm żieda ta’ 17% fl-allokazzjonidiretta tal-Kunsill Lokali għas-sena 2009 u ġew introdotti diversi fondi speċjali.  Qed tingħata kull għajnuna lill-Kunsilli Lokali sabiex jiksbu fondi tal-Unjoni Ewropea u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena l-Kunsilli Lokali bbenefikaw minn ammont record ta’ fondi tal-UE. Għaddej ukoll proċess biex il-Kunsilli Lokali jkollhom aktar riżorsi umani.
Il-Gvern irid jaċċerta wkoll li din l-awtonomijatkun mibnija fuq  implimentazzjoni effiċjenti u superviżjoni effettiva billi jiġi assigurat b’kull mod, li l-Kunsilli Lokali joperaw fl-ambitu tal-liġi u tar-regolamenti finanzjarji.
Ghalhekk l-emendi li qed jitressqu jinkluduprovedimenti li jaħsbu biex jassiguraw li ma jkunx hemm abbużi u ksur tal-liġi.  Li l-liġi tassigura li jiġu osservati b’kull mod ir-regolamenti finanzjarji ma tistax tiġi meqjusa bħala tnaqqis ta’ awtonomija.
Kien dan il-Gvern  li emmen bis-sħiħ fil-kunċettta’ sussidjarjetà u fil-fatt kien dan il-Gvern li minkejja ħafna xettiċiżmu, introduċa l-Kunsilli Lokali f’Malta u sostnihom matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena.
Bit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali l-Gvern qiegħedisaħħaħ dan il-prinċipju u jaċċerta li d-deċiżjonijiet jittieħdu aktar qrib ir-resident – u l-istess deċiżjonijiet iwasslu għall-kwalità ta’ ħajja aħjar.

DOI - 12.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow