Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR1031
Date Icon 12/06/2009
Pożizzjoni opportunista u rresponsabblimill-Oppożizzjoni
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralijirreferi għal stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sajd, l-Onor. Joe Sammut dwar l-egħluq tal-istaġun tas-sajd għat-tonn.
Għaldarb’oħra, l-Oppozizzjoni Laburista qed tieħu pożizzjoni rresponsabbli li tkompli tikkonferma l-politika ta’ opportuniżmu tagħha.  Il-verita’ hi li minħabba raġunijiet ta’ sostenibbilta’ tal-ispeċi, s-sajd għat-tonn huwa regolat minn Kummissjoni internazzjonali, l-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna) li Malta minn dejjem kienet membru fiha.
Dinil-Kummissjoni qablet fuq programm, mifrux fuq numru ta’ snin, li permezz tiegħu l-ispeċi tat-tonn tkun imħarsa u mgħejjuna tirpilja wara snin sħaħ li fihom din l-ispeċi sfat taħt theddida minn sajd fi kwantitajiet kbar u mhux ikkontrollati.
Il-kontroll u s-sostenibbilita’ ta’ din l-ispeċijibbenefika l-aktar minnhom is-sajjied innifsu li jkun jista’ jserraħ moħħu li jkun jista’ jibqa’ jistad għal din l-ispeċi fis-snin li ġejjin.  Dan il-Pjan maqbul fuq livell internazzjonali jispeċifika li fuq numru ta’ snin, il-kwoti nazzjonali tas-sajd għat-tonn, inkluż dik ta’ Malta, jonqsu b’mod gradwali sakemm jilħqu livelli li ma jheddux l-eżistenza ta’ din l-ispeċi.
Danwassal lill-Gvern biex, bi qbil mal-Koperattivi tas-Sajjieda Maltin, ifassal skema ta’ allokazzjoni tal-kwota nazzjonali b’mod li minnha jibbenefika kulħadd.
Illum, hekk kif kien magħruf li din il-kwotantlaħqet, id-Diviżjoni tas-Sajd, kif inhi obbligata li tagħmel u b’responsabbilta’, infurmat lis-sajjieda, permezz tal-Koperattivi tagħhom, li kellhom jieqfu b’mod immedjat milli jkomplu bis-sajd għal din l-ispeċi.  Irid ikun speċifikat li, kontra għall-impressjoni li tista’ tagħti l-istqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni, dan il-waqfien jgħodd għal kulħadd, inkluż għal min jistad bix-xibka.
Tajjeb wieħed ifakkar ukoll li jirriżultalna lipajjiżi oħrajn fil-Mediterran ukoll ħabbru passi li permezz tagħhom qed iwaqqfu s-sajd għal din l-ispeċi qabel it-tmiem tal-istaġun minħabba li laħqu l-kwoti tagħhom.
Il-Ministeru jrodd ħajr liż-żewġ Koperattivital-koperazjoni tagħhom tul dan il-proċess kollu, inkluż biex jiżguraw li jinfurmaw lill-membri tagħhom b’din id-deċiżjoni.  Ringrazzjament partikolari jmur ukoll lill-Forzi Armati ta’ Malta għall-koperazzjoni kontinwa tagħhom fl-infurzar tar-regolamenti, kif ukoll lis-sajjieda nfushom li jirrispettaw ir-regolamenti.
Bħalma għamel s’issa, l-Gvern se jibqa’ jimxi idf’id mar-rappreżentanti tas-sajjieda fl-immaniġġjar tas-sajd għal din l-ispeċi, kif ukoll b’rispett lejn l-obbligi ambjentali u internazzjonali ta’ pajjiżna.
Jidher li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dan matantx jinteressah, tant li mkien ma jirreferi għal dawn l-obbligi fl-istqarrija tiegħu.
Wieħed jistenna li d-diversi għaqdiet, kemmlokali kif ukoll internazzjonali, li dejjem ħadmu għal miżuri favur is-sostenibbilta’ ta’ din l-ispeċi, issa jieħdu nota tal-istqarrija tal-Oppożizzjoni u huma wkoll jifhmu b’liema politika ta’ opportuniżmu timxi biha l-Oppożizzjoni.

DOI - 12.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow