IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CLYDE PULI, JNIEDI KONKORS TA’ KITBA: “LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ”
PR1017
09/06/2009
| Bl-għan li tiżdied il-possibiltà ta’ aktar | awturi li jiktbu għall-adolexxenti, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, nieda konkors ta’ “Letteratura għaż-Żgħażagħ”. |
| F’konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, qal li dan il-proġett ser jagħti opportunità biex fuq medda ta’ snin tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ adoloxxenti (12-17-il sena) li fil-preżent jinħass nuqqas tagħha. |
| Clyde Puli qal li l-awturi jkunu mistiedna li | jissottomettu l-manuskritti tagħhom sal-11 ta’ Novembru 2009 – jiġifieri il-parteċipanti ser ikollhom ħames xhur biex jaħdmu fuq il-manuskritt. La darba jagħlaq iż-żmien tas-sottomissjonijiet il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, se jaħtar ġurija esperta biex tiġġudika l-aħjar xogħlijiet bir-riżultat jitħabbar fit-12 ta’ Jannar 2010. |
| Il-ġurija esperta ser tagħżel żewġ testi | rebbieħa bl-iskop li tippublikahom. Bl-għan li dan il-konkors iħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, ser jingħata ukoll premju speċjali lil dak l-awtur żagħżugħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena, li jkollu l-aħjar biċċa xogħol ta’ kitba. |
| Min-naħa tiegħu l-President tal-Kunsill | Nazzjonali tal-Ktieb Dr. Ġorġ Mallia, fisser dan il-konkors bħala mezz kif tista’ tinħoloq niċċa ġdida ta’ qari għal-adolexxenti Maltin. Huwa spjega kif l-awturi parteċipanti għandhom jiktbu manuskritt bil-Malti ta’ bejn 20,000 kelma u 25,000 kelma u għandhom jiktbu skond kif spjegat fir-regolamenti meħtieġa għall-konkors. Hu rringrazzja lis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport li ta l-appoġġ kollu tiegħu biex dan il-konkors jista’ jsir bit-tama li jkun suċċess u jsir fuq bażi annwali. |
DOI – 09.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984