Left arrow Go Back

Midalja biex tfakkar il-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-Re-introduzzjoni ta’ Gvern Responsabbli f’Malta

PR1005
Date Icon 05/06/2009
Fl-1996 il-Gvern approva l-ħruġta’ Midalja biex jikkommemora l-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-Re-introduzzjoni ta’ Gvern Responsabbli f’Malta.  Ir-Regoli dwar l-għoti ta’ din il-Midalja ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Mejju 1996.
Il-ħruġ tal-Midalja sarbis-saħħa tal-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika li jipprovdi li “Il-President, li jaġixxi skont il-parir tal-Prim Ministru, jista’ jordna l-ħruġ ta’ midalji biex ifakkru ġrajja, jew l-anniversarju ta’ xi ġrajja, ta’ importanza nazzjonali.”
Din il-ġrajja importanti fl-istorjatal-iżvilupp tad-demokrazija f’Malta seħħet meta, fl-1 ta’ Novembru 1921, ġie inawgurat l-ewwel Parlament wara r-Re-introduzzjoni ta’ Gvern Responsabbli waqt laqgħa tal-membri tas-Senat u tal-Assemblea Leġislattiva eletti fl-elezzjoni li kienet saret ftit qabel taħt il-Kostituzzjoni ‘Amery Milner’.
L-għoti ta’ dinil-Kostituzzjoni kien ukoll riżultat dirett ta’ dak li kien seħħ sentejn qabel fis-7 ta’ Ġunju 1919 u r-rabta bejn dawn iż-żewġ dati toħroġ ċara mir-Regoli tal-1996 dwar il-Midalja li jistabbilixxu li l-għotja tkun b’effett mis-7 ta’ Ġunju 1996, u li l-midalja tingħata “lil kull min kien ħaj fis-7 ta’ Ġunju 1996 u li f’xi żmien mill-1 ta’ Novembru 1921 kien membru tas-Senat, tal-Assemblea Leġislattiva jew tal-Kamra tad-Deputati.  Iżda kull min fis-7 ta’ Ġunju 1996 kien għadu Membru tal-Kamra tad-Deputati seta’ jiġi ppreżentat biss bil-Midalja ġaladarba jtemm milli jibqa’ membru.”
Mija tlieta u tletinpersuna kienu jew għadhom intitolati għall-Midalja li minnhom sebgħa u disgħin ġa rċevew il-Midalja.
Din is-sena seba’ persuni li kienu membriparlamentari rċevew il-Midalja waqt Ċerimonja li saret illum fis-Sala tal-Ambaxxaturi fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta.  Dawn huma:

Il-President Emeritus l-Avukat Eddie Fenech Adami (in absentia)

Is-Sur Anton Tabone

It-Tabib Antoine Mifsud Bonnici

L-Avukat John Attard Montalto

Is-Sur Claude Muscat

Il-Professur Josef Bonnici

L-Avukat Joe Borg

DOI – 05.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow