ARRANĠAMENTI BIEX PAZJENTI FL-ISPTARIJIET JIVVOTAW FL-ELEZZJONIJIET TAL PARLAMENT EWROPEW U FL-ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI FIS-6 TA’ ĠUNJU 2009
PR0987
03/06/2009
| Id-Dipartiment tas-Saħħa jgħarraf li bi qbil | mal-Kummissjoni Elettorali saru dawn l-arranġamenti li ġejjin sabiex il-votazzjoni minn pazjenti fi sptarijiet tal-Gvern timxi bl-ordni: |
| It-tabib konsulent inkarigat mill-kura | tal-pazjent ser jindika fl-istorja ta’ kull pazjent jekk il-pazjent jistax joħroġ mill-isptar biex jivvota u, jekk iva, hux meħtieġ li joħroġ b'ambulanza jew b'xi mezz ieħor ta’ trasport. |
| Il-pazjenti jkollhom l-għażla li jinqdew | bis-servizzi li ser joffri d-Dipartiment sabiex jaslu sal-post tal-votazzjoni u lura, jew inkella jagħmlu arranġamenti għal trasport ma’ dawk li jiġu minnhom biex iwassluhom sal-post tal-votazzjoni u lura lejn l-isptar. |
| F’kaz ta’ pazjenti li qrabathom ser iwassluhom | bi trasport privat, ikun meħtieġ li dawn l-istess qraba jitolbu permess bil-miktub minn qabel lill-Amministratur tal-isptar li fih hu rikoverat il-pazjent li jiġi minnhom. F'jum il-votazzjoni dan il-permess irid jintwera l-ewwel lis-security officer tal-isptar sabiex individwu jkollu access għall-isptar, u mbagħad lill-uffiċjal inkarigat fl-istess sptar mit-trasport tal-pazjenti. |
| Fil-kaz ta’ pazjenti li joħorġu biex jivvutaw | kontra l-parir tat-tabib konsulent jew li ma jeħdux il-parir mogħti lilhom rigward il-mezz tat-trasport, ikun meħtieġ li l-pazjent jiffirma dikjarazzjoni li qed jagħżel li jagħmel hekk fuq responsabbilità tiegħu innifsu. Jekk jagħmel hekk ikun jista’ jmur b’liema mezz jagħżel. |
| Il-pazjenti huma mfakkra li biex joħorġu | jivvutaw għandu jkollhom f'idejhom id-Dokumenti tal-Votazzjoni. Qed isiru arranġamenti amministrattivi biex pazjenti li jixtiequ jafdaw id-Dokumenti tal-Votazzjoni f'idejn l-awtoritajiet ta’ l-isptar, ikunu jistgħu jagħmlu dan filwaqt li tiġi garantita s-sigurtà ta' dawn id-dokumenti. |
| Fil-jum tal-votazzjoni ma jkunx hemm klinici ta’ | outpatients, fiżjoterapija, ecc jew tqassim ta’ medicini għall-Outpatients fl-isptarijiet. Barra minn hekk, ma jitħallewx jidħlu viżitaturi fl-isptarijiet fl-ebda ħin, ħlief f’dawn is-sitwazzjonijiet: |
1. il-qraba awtorizzati li jkunu ser jittrasportaw pazjenti sabiex jivvutaw;
2. il-qraba ta’ pazjenti li jkunu fil-periklu tal-mewt;
3. l-irġiel ta’ nisa li dakinhar ħelsu jew ikunu fil-ħlas;
4. il-ġenituri ta’ tfal li jkunu rikoverati l-isptar kemm fil-wards kif ukoll fid-Dipartiment tal- Emerġenza;
5. persuna waħda ma’ kull persuna adulta li tiddaħħal fid-Dipartiment tal-Emerġenza; u
6. persuni li jkunu qed iwasslu konsenji jew servizzi urġenti meħtieġa fl-isptar.
DOI – 03.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984