AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ ĠUNJU 2009
PR0980
03/06/2009
| Il-Kummissjoni | Elettorali tfakkar lil dawk il-persuni li ġew maħtura bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew Polling Place Officers li huma jistgħu jivvotaw BISS nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju, 2009, fil-kumpless tal-għadd tal-voti, in-Naxxar bejn is-7.00 a.m. u l-10.00 p.m.. Ser ikun provdut servizz tal-karozza tal-linja b’xejn mit-Terminus tal-Belt lejn in-Naxxar u lura. Ikun hemm xarabank li titlaq kull siegħa mill-Belt Valletta mis-7 ta’ filgħodu sad-9.00 ta’ bil-lejl u lura minn-Naxxar għall-Belt Valletta mit-8 ta’ filgħodu sal-10 ta’ bil-lejl. |
| Ser ikun hemm ukoll servizz ta’ xarabank | li titlaq miċ-Ċirkewwa mal-wasla tal-vapur li jkun telaq mill-Mġarr fl-9.45 am., fit-3.00 p.m., fil-5.15 p.m. u fis-7.30 p.m. Dan ikun servizz dirett lejn n-Naxxar u lura. Dawn il-faċilitajiet qed jiġu organizzati għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew Polling Place Officers li jgħixu jew ser iservu f’Għawdex. Dawn għandhom juru t-Tag ta’ identifikazzjoni lix-xufier. |
DOI - 03.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984