AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 6 TA’ ĠUNJU 2009
PR0979
03/06/2009
Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
| Il-Kummissjoni Elettorali | tavza li l-Ħamis 1-4 ta’ Ġunju, 2009, huwa l-aħħar jum li fih jista’ jsir l-irtirar tad-dokumenti għall-votazzjoni mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, Valletta. Il-ħinijiet nhar il-Ħamis ser ikunu mid-8.00 a.m. sa nofs il-lejl. Kull persuna li trid tiġbor id-dokument għandha tiġi personalment l-Uffiċċju Elettorali biex tieħu d-dokument mingħand il-Kummissjonarji Elettorali. Dawn il-votanti għandhom iġibu magħhom il-Karta tal-Identita’. |
| Il-Kummissjoni Elettorali | qed toffri lil dawk il-morda li ma jkunux jistgħu joħorgu mill-karozza privata li twassalhom sal-bieb tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, facilitajiet apposta biex ikunu jistgħu jingħatalhom id-dokument mill-Kummissjonarju. |
| Il-votanti rreġistrati | f’Għawdex għandhom japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, Għawdex. |
| Mingħajr dokument | għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt 6 ta’ Ġunju, 2009. |
DOI - 03.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984